Barranin
Tajlandja: Jinqatel suldat wara li spara u qatel 26 persuna

Suldat fit-Tajldandja nqatel wara li wettaq attakk terroristiku fi stabbiliment tax-xiri u ħalla 26 persuna mejta u minn tal-anqas 52 oħra feruti.

Kien irrappurtat li Jakraphanth Thomma qatel lill-uffiċjal kmandant tiegħu u seraq l-armi mill-barracks militari, fejn baqa’ sejjer fil-kumpless Terminal 21 f’Nakhon Ratchasima, magħruf ukoll bħala Korat, u beda jispara fuq in-nies.

Huwa nqatel mal-lejl wara li ġie ċċirkondat f’parti mill-kumpless mill-qawwiet tas-sigurtà.

Il-Prim Ministru tat-Tajlandja, Prayut Chan-ocha, żar lill-persuni feruta fl-isptar, u qal li s-suldat wettaq l-attakk minħabba kwistjoni fuq biċċa art li fiha ħass li kien mar minn taħt.

Ara wkoll:

Jagħmel straġi b’arma tan-nar f’Korat

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar