Lokali
Tal-caravans jiksru l-liġi fil-Mistra – jilmentaw li m’għandhomx fejn imorru

Waqt li l-caravans qed ifaqqsu ma’ kullimkien, is-sidien tagħhom li tkellmu ma’ TVM stqarrew li jixtiequ żoni apposta bil-faċilitajiet, anke jekk iħallsu miżata għalihom.

Fi żjara fil-bajja tal-Mistra u tal-Armier innutajna d-diżorganinazzjoni u n-nuqqas ta’ infurzar, u kif spiss dawn qed ikunu ta’ inkonvenjent, fost oħrajn, għal sid ta’ restorant u għall-għawwiema li jiffrekwentaw dawn il-bajjiet.

Iċ-ċokon tal-pajjiż u l-limitazzjonijiet għal caravan sites mhumiex jaqtgħu qalb bosta li qed iġibu caravans, anke jekk jispiċċaw jiksru l-liġi u jsiru għoqla fuq l-istonku ta’ oħrajn meta jikkapparaw il-bajjiet. Rajna din is-sitwazzjoni fil-Mistra u fl-Armier, b’numru ta’ caravans b’uħud saħansitra għandhom ordni ta’ infurzar biex jitneħħew.

Il-bajja tal-Mistra ġiet żnaturata mil-ġmiel tagħha bil-caravans li jqattgħu ġimgħat u xhur hemmhekk. Il-bajja mhix maħsuba għal caravans għax lanqas għandha faċilitajiet sanitarji. Uħud mis-sidien ilmentaw li din is-sena il-bajja ma tnatfitx u lanqas hemm mobile toilets.

Minkejja li nħarġu ordnijiet ta’ nfurzar dwar l-imblukkar tal-bajja, numru ta’ caravans xorta jinsabu pparkjati mad-dawra tal-bajja u abbusivament anke fil-bajja stess. Minbarra l-inkonvenjent għall-għawwiema, iż-żieda tal-caravans fil-Mistra irrovintat in-negozju ta’ Claude Camilleri li għandu restorant hemm hekk.

Is-sur Camilleri stqarr li għejja jipprova jikkonvinċu l-awtoritajiet biex jagħmlu l-infurzar.

Is-sidien tal-caravans li tkellmu ma’ Television Malta fil-Mistra u fl-Armier qalu li jippreferu li jkollhom żona apposta fil-faċilitajiet meħtieġa, inkluż tad-drenaġġ, għax bħalissa m’għandhomx fejn jarmu ħlief fil-baħar.

Mistoqsijiet li ntbagħtu lill-Ministru għat-Trasport u l-Awtorità tal-Ippjanar dwar is-sitwazzjoni tal-caravans u l-infurzar f’dawn iż-żoni, baqgħu mhux imwieġba.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ħass li kellu jattendi għas-summit tal-Kunsill Ewropew għax hu l-Prim Ministru tal-pajjiż u xogħlu huwa li jirrappreżenta lil Malta. Huwa qal dan fl-isfond li…

Politika

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista: Chris Fearne u Robert Abela ddikjaraw li Konrad Mizzi mhux ser jkun fil-kabinett tagħhom għalkemm jibqa’ fil-grupp parlamentari Laburista. Intervistati fil-programm Dissett, Dr Fearne u…

Lokali

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO qalet li minħabba ħsarat is-servizzi tal-internet kemm dak fiss, kif ukoll tal-mobile mhumiex qegħdin jaħdmu. Fuq Facebook il-kumpanija qalet li konsegwenza ta’ din il-ħsara, iċ-channels diġitali tal-call centre huma…

Aktar