Barranin, Kurżitajiet
Tal-linja fil-Ġappun jistrajkjaw billi jrikkbu n-nies b’xejn

Strajk mhux tas-soltu mix-xufiera tal-karozzi tal-linja fil-Ġappun, fejn qed jistrajkjaw mhux billi ma jaħdmux, iżda billi jrikkbu n-nies b’xejn.

Ix-xufiera ta’ kumpanija partikolari tat-trasport pubbliku fil-belt Okayama qed jistrajkjaw biex jitolbu iktar sigurtà għal xogħolhom, hekk kif il-kumpanija li jaħdmu magħha qed tiffaċċja kompetizzjoni ħarxa minn kumpanija rivali tat-trasport.

Għalkemm b’dan l-istrajk il-kumpanija qed jonqsilha d-dħul f’mument delikat, madanakollu l-fatt li l-passiġġiera qed jibqgħu jingħataw is-servizz xorta waħda, u iktar minn hekk ma jħallsux għalih, qed jgħin il-kumpanija żżomm relazzjoni tajba mal-klijenti.

Dan żgur ma kienx iseħħ li kieku x-xufiera ddeċidew li jistrajkjaw b’mod normali u jħallu lil kulħadd l-art.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmenin ġurnata mindu saret l-elezzjoni, l-Italja tinsab qrib li jkollha Prim Ministru ġdid. L-isem propost hu Giuseppe Conte, Professur fil-liġi ta’ 54 sena mill-belt ta’ Foggia fir-reġjun ta’ Puglia… qajla…

Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Aktar