Trasport
Tal-linja fil-pandemija: jonqos il-patrunaġġ u anki l-ħin tal-vjaġġi

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija.

Intervistat minn Television Malta, il-General Manager tal-Malta Public Transport, Konrad Pule, qal li l-effett kien ċar: ix-xahar l-ieħor il-patrunaġġ naqas b’madwar 80% u bħala medja kull vjaġġ ħa 20 minuta anqas minn qabel minhabba li naqas it-traffiku.

It-trasport pubbliku baqa’ għaddej tul kemm ilha magħna l-imxija tal-COVID-19. Il-General Manager tal-Malta Public Transport, Konrad Pulè qal li nstab bilanċ biex dan is-servizz essenzjali jibqa’ jingħata f’xenarju fejn l-passiġġieri naqsu ħafna.

“Hija ovvja li naqset għandek l-aspett tat-turiżmu li ovvjament ma jeżistix bħalissa u għandek l-aspett ukoll tan-nies lokali li naqsu fil-movimenti tagħhom stess jiġifieri bażikament naqsu minn 70 sa 80% tal-passiġġiera f’April. Mejju jidher naqra aħjar imma ammonti għadhom baxxi,” qal il-General Manager tal-Malta Public Transport, Konrad Pulè.

Is-Sur Pule qal li l-kumpanija addattat għat-tnaqqis fil-passigieri billi ssospendiet is-servizz ta’ bil-lejl u naqqset il-frekwenza ta’ xi rotot: “Inkunu naqqasna ċertu frekwenzi fejn ma jkunx hemm dak il-bżonn, jekk ikun hemm xi ħadd qed jivvjaġġa, dak is-servizz trid tipprovdih, konna eżempju qed noperaw kull kwarta u issa qed noperaw kull nofsiegħa f’ċertu postijiet.”

Is-Sur Pule qal li kien hemm tliet xufiera li ttestjaw pożittivi għall-Covid-19. Wieħed daħal lura xogħol u t-tnejn l-oħrajn ġejjin għall-aħjar u ma kellhomx bżonn kura fl-isptar.

Spjega li mill-bidunett il-kumpanija ħaddmet pjan b’għadd ta’ miżuri biex tħares is-saħħa tal-impjegati u l-passiġġieri, fosthom inqas nies abbord, l-istallazzjoni ta’ perspex li jifred lix-xufier mill-passiġġieri, aċċenn akbar fuq l-użu tal-card u fejn isir ħlas ma tingħatax bqija u l-ilbies tal-maskra fuq il-karozzi tal-linja.

Il-Bus Station Supervisor, Joe Xuereb qal li għall-ewwel mhux kulħadd kien qed jilbes il-maskra imma imbagħad beda jilbisha kulħadda. Wara kull vjaġġ, ix-xufiera qed inaddfu l-partijiet kollha tal-karozzi tal-linja.

Il-general manager tal-kumpanija qal li l-Malta Public Transport tħaddem mal-1,200 impjegat, 900 minnhom xufiera, li ħadd minhom ma tilef l-impjieg. Qal li l-kumpanija qed tħejji għat-transizzjoni u tħares b’fiduċja lejn żieda fil-passsiggieri fil-ġimgħat li ġejjin.

Fil-venda tal-Belt, il-passiggieri qalu li jħossuhom sikuri li jużaw it-trasport pubbliku. Ara x’qalulna hawn:

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar