Tal-Manoel iridu joħorġu minn Palazzo Bonici sas-Sajf

It-tmexxija tat-Teatru Manoel laqgħet b’sodisfazzjon li t-teatru Malti ġie klassifikat mal-aqwa teatri storici fid-dinja. Fl-istess waqt fi ftit ġimgħat oħra, palazz li kien jagħmel parti mit-teatru ser jerġa lura lis-sidien tiegħu wara deċizzjoni tal-Qorti.

It-Teatru Manoel, wieħed mill-eqdem teatri fl-Ewropa kien ikklassifikat mis-CNN, fost l-aqwa 15-il teatru spettakolari fid-dinja. F’artiklu li nkiteb f’għeluq l-450 sena mit-twelid tal-awtur Shakespere, ntqal li t-teatru Manoel baqa’ mhux mittiefes minkejja żewġ gwerer dinjin, u ssemma mal-isbaħ teatri fid-dinja. Għaċ-chairman tal-kumitat tat-teatru Manoel Michael Grech, din l-aħbar kienet sorpriża għax hija riżutlat ta’ stħarriġ indipendenti.

It-Teatru Manoel inbena mill-Kavallieri fl-1731. Fl-aħħar snin il-kumitat tat-teatru Manoel għamel ħafna xogħol ta’ restawr li għadu għaddej. Fost ix-xogħol ta’ restawr sar tapit ġdid li nħadem apposta għat-teatru fir-Renju Unit u restawr tal-bibien, il-kabini u s-siġġijiet tat-teatru.

Fl-aħħar tmien xhur sar ukoll restawr ta’ sala fuq nett tat-teatru li kienet mitluqa għal diversi snin. Il-ħsieb hu li din titlesta sa Ġunju li ġej u tibda sservi bħala l-kamra prinċipali għal-laqgħat tal-kumitat u għall-arkivji tat-teatru.

Dan l-ispazju sar iktar meħtieġ anke għaliex sas-sajf li ġej, t-tmexxija tat-teatru Manoel trid toħrog minn Palazzo Bonici li jinsab f’kantuniera fi Triq l-Ifran u Triq it-Teatru. Din il-propjetà li ilha mill-1958 tintuża mit-teatru ser tmur lura għand is-sidien tagħha wara deċizzjoni tal-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem.

Iċ-chairman tal-kumitat tat-teatru qal li sar ftehim mas-sidien b’ċerti arranġamenti fosthom li l-bitħa tal-Palazz u l-bar jibqgħu jintużaw kull darba li tkun għaddejja produzzjoni fit-Teatru Manoel. Dr Grech qal li minn dan il-lat il-pubbliku se jibqa’ jgawdi t-teatru kif kien.

Peress li Palazzo Bonici fih l-uffiċċini amministrattivi tat-teatru, dawn se jkollhom joħorġu sal-aħħar tas-Sajf. Dr Grech qal li bħalissa jinsabu fl-aħħar fażi t-taħdidiet bejn il-kumitat tat-teatru Manoel u l-Ministeru tal-Kultura, biex jintgħażel sit alternattiv għall-uffiċċini tat-teatru kif ukoll spazju bħal ma hi s-Sala Isourd li hija parti minn Palazzo Bonici, biex fih isiru provi u kunċerti fuq skala żgħira. 

Ic-chairman tal-kumitat tat-teatru qal ukoll li f’nofs Ġunju għandu jibda ir-restawr tal-faċċata tat-teatru għall-istil barokk oriġinali kif kienet meta l-Granmastru Vilhena bena dan it-teatru fis-seklu 18.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-għaxra tal-lejla u terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Saħħa

Mistenni jibda x-xahar id-dieħel ix-xogħol ta’ twaqqiegħ u tħammil għat-tieni dar residenzjali għal persuni bil-marda newroloġika tal-ALS. Il-proġett, f’Ħaż-Żebbuġ, mistenni jiswa sitt miljun Ewro. Ma’ TVM, il-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Malta,…

Stejjer Umani

L-imħabba hi minsuġa fil-karattru ta’ William Saliba. L-altruwiżmu tiegħu jispikka ma’ pazjenti b’mard fil-kliewi. Għamel l-isfida tal-Lifecyle tnax-il darba…iżda fuq kollox kien bħas-Samaritan it-Tajjeb, b’ġest ma’ raġel ieħor meta tah…

Aktar