Kronaka
Talab lill-Prim Awla tissospendi l-proċeduri kontrih

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih.

L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti Kriminali sakemm jinqata’ l-każ dwar il-legalità fit-tbagħbis fil-mobile.

Dr Cuschieri argumenta fil-Qorti li l-Att għas-Servizzi tas-Sigurtà kiser id-drittijiet tal-imputat meta ma ġietx ippreżentata l-evidenza u t-traskrizzjoni dwar l-informazzjoni interċettata mill-mobiles tat-3 akkużati fil-Qorti.

Għalhekk, l-avukat argumenta li kwalunkwe evidenza li għaliha jirreferi l-każ, li fiżikament qatt ma ġiet ippreżentata kif ukoll dik miksuba illegalment, għandhom jiġu rtirati mill-każ.

L-Imħallef Edwina Grima mistennija tikkunsidra t-talbiet tal-akkużat qabel is-smigħ tal-31 t’Ottubru.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Bank of Valletta ħabbar li minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Ġunju 2020 se jkun qed iżid il-ħinijiet tal-ftuħ tal-fergħat tiegħu għal skeda kważi normali. Minn nhar it-Tnejn, il-Fergħat tal-BOV se…

Immigrazzjoni

Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermat li ddaħħlu Malta grupp ta’ 9 itfal u 18-il mara immigranti. Dan l-AFM qalet sar minħabba raġunijiet umanitarji. Matul il-lejl li għadda, grupp…

Kronaka

Libjan ta’ 16-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident ilbieraħ fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija f’Manoel Island meta l-ġuvni qabeż fil-baħar…

Aktar