Lokali
Attentat ieħor għall-ħelsien ta’ Christopher Bartolo li jinsab marid bil-kliewi

Christopher Bartolo li jbati minn mard fil-kliewi qed jitlob il-ħelsien mill-arrest.

F’talba mhux tas-soltu, l-Avukati Dr. Franco Debono, Dr Marion Camilleri u Dr. Amadeus Cachia talbu lil President Coleiro Preca sabiex teżerċità l-poteri tagħha u takkorda lil Christopher Bartolo l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest taħt il-kundizzjonijet kollha li jidhru xierqa u opportuni.

Bartolo, li għandu 36 sena li ammetta l-akkużi kollha kontrih kien intbagħat ħames snin ħabs fuq pussess u traffikar tal-kannabis. It-talba għall-ħelsien ta’ Bartolo saret fuq il-fatt li l-akkużat kien jagħmel l-użu tal-kannabis biex itaffilu l-uġigħ li kien jikkawżalu l-mard.

It-talba qed issir fl-isfond ukoll tad-dibattitu nazzjonali dwar riforma radikali fil-liġi li titratta s-sustanza tal-kannabis u l-aspetti riformattivi tal-piena.

Ara wkoll:

Il-Qorti tiddikjara li priġunier inkissrulu d-drittijiet meta ma ngħatax smigħ xieraq

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar