Kurżitajiet
Talbet lil sħabha jerġgħu jilbsu l-ilbiesi tat-tieġ tagħhom fl-aktar ġurnata għażiża għaliha

Mara tilbisha darba biss il-libsa li tkun iżżewġet biha iżda l-attriċi Audrey Moore ħarġet bl-idea li lil sħabha l-mistednin titlobhom jerġgħu jilbsu l-libsa tat-tieġ biex jiċċelebraw iż-żwieġ tagħha.

Moore qalet li hija dnub li mara jiġiha ċ-ċans tilbisha darba biss il-libsa li tkun żżewġet biha u għalhekk iddeċidiet titlob lil sħabha jerġgħu jilbsuha għal darb’oħra.

Moore qalet li hija kienet l-aħħar fost sħabha li żżewġet u għalhekk setgħet titlobhom dan il-pjaċir.

L-attriċi għażlet libsa ċelesti biex tispikka fost l-ilbiesi bojod ta’ sħabha.

Moore iżżewġet lill-producer Jesse Lumen.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kantanta Katy Perry u l-attur Orlando Bloom jidher li tgħarrsu f’Jum San Valentinu.  Fuq is-siti soċjali, Perry tellgħat ritratt tagħha ma’ Bloom b’ċurkett f’subgħajha u fl-isfont ta’ ħafna bżieżaq ħomor…

Kurżitajiet

Din hija mistoqsija li ssir lil ħafna speċjalisti tal-ġilda.  Saru diversi studji b’uħud jgħidu li veru u oħrajn juru li m’hemmx relazzjoni bejn iċ-ċikkulata u l-ponot. Ikel rikk fil-karboidrati u…

Kurżitajiet

Bħal-lum, jum San Valentinu, madwar id-dinja jitqassmu mal-50 miljun warda. Mal-ward illum ukoll fl-Istati Uniti jitqassmu mat-8 biljun ċikkulata. F’jum l-imħabba, madwar id-dinja mat-220,000 persuna jipproponu lill-maħbub/a. Għalkemm ħafna jiċċelebraw…

Kurżitajiet

Il-kantant Amerikan ta’ fama mondjali Justin Bieber qabditu d-dipressjoni u qed jingħata kura minn terapisti speċjalizzati fil-mard mentali. Jidher li Bieber xejn mhu jkun kuntent dan l-aħħar u għalhekk kellu…

Aktar