Kronaka
Taljan estradit lejn Malta b’mandat t’arrest Ewropew

Taljan ta’ 55 sena ġie estradit lejn Malta permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ fuq talba tal-awtoritajiet Maltin.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri kriminali dwar pussess u importazzjoni tad-droga.

Ir-raġel se jitressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima. Iktar dettalji mal-ħin.