COVID-19
Taljana tingħata sitt dożi tal-vaċċin tal-Pfizer bi żball

Taljana ta’ 23 sena qed tinżamm għall-osservazzjoni fi sptar f’Firenze wara li bi żball ingħatat sitt dożi tal-vaċċin tal-Pfizer.

It-tfajla, li hija studenta, tinsab f’kundizzjoni tajba wara li ngħatat fluwidi u paracetamol biex jagħmlu tajjeb għad-dożi.

L-iżball seħħ meta l-infermiera li injettatha tatha l-kontenitur kollu li kien fih is-sitt dożi u mhux doża waħda.

Il-każ kien rappurtat lill-awtoritajiet tas-saħħa Taljani bl-Italja tingħaqad mal-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Ġermanja u l-Iżrael fejn ukoll kien hemm każijiet ta’ ‘overdoses’ tal-imsemmi vaċċin.