Kronaka
Tallega li ma sabitx għajnuna mill-Pulizija biex iċċempel lil ommha – tinfetaħ investigazzjoni

Tfajla ta’ 17-il sena qed tallega li ma sabet l-ebda għajnuna mill-Pulizija wara li nsterqilha l-mobile minn stabbiliment tad-divertiment f’San Ġiljan.

Hija qalet li marret tirrapporta s-serqa fl-għassa ta’ San Ġiljan fejn ġiet mitluba terġa’ tmur lura l-għada bis-serial number tal-mobile li nsterqilha, biex ikun jista’ jsir ir-rapport.

It-tfajla qalet li dan fehmitu iżda tinsab iddiżgustata għall-fatt li meta talbithom biex iċċempel lil ommha mit-telefon tal-għassa, dawn irrifjutaw.

Hija qalet li riedet iċċempel lil ommha biex tgħaddi għalija u tgħarrafha b’dak li ġara iżda mid-dehra, minħabba l-imxija tal-Covid-19, din tħalliet lampa u stampa.

Qalet li minflok sabet l-għajnuna dawn komplew ipaċpċu bejniethom u jfaqqgħu d-daħk. Bosta persuni fuq il-midja soċjali kkummentaw ukoll li għaddew minn esperjenzi simili meta tilfu jew ġew misruqa xi affarijiet personali.

TVM ikkuntattja lill-Pulizija li qalu dwar il-każ infetħet investigazzjoni u jekk jinstabu li saru xi nuqqasijiet, se jittieħdu l-passi neċessarji. Fit-tweġiba, il-Pulizija qalet ukoll li dwar il-każ ġiet informata wkoll it-Taqsima ta’ Sapport għall-Vittmi filwaqt li saħqet li każijiet bħal dawn jittieħdu b’serjetà kbira biex jiġi assigurat servizz ta’ kwalità mogħti lill-pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar