Barranin
Tallega li sabet qliezet ta’ taħt tat-tfal fil-jakuzzi ta’ Michael Jackson – eks ħaddiema

Mara li qalet li kienet taħdem bħala maid ma’ Michael Jackson għamlet allegazzjonijiet serji fil-konfront ta’ Jackson.

Adrian McManus allegat li kienet issib qliezet ta’ taħt tat-tfal fil-jakuzzi ta’ Jackson u li sabitlu filmati sesswali.

F’intervista ma’ Mail Online, McManus ta’ 56 sena qalet li kienet tara tfal iduru fid-dar tal-kantant kważi għarwenin.

Allegat ukoll li fid-dar kienet issib vazzetti ta’ vażelina b’mod partikolari fil-kamra tiegħu u ritratti tat-tfal.

Hija stqarret li minkejja li kienet titħasseb qatt ma tkellmet xejn.

McManus qalet li meta kienet tidħol fil-kamra tal-kantant kienet issib il-mistiedna speċjali, subien żgħar jinħaslu miegħu. Allegat li fl-ilma kien ikun hemm il-ħwejjeġ ta’ taħt fl-ilma.

Hija kompliet tgħid li r-Re tal-Pop kellu kotba fuq il-masturbazzjoni u filmati li taħseb li kienu b’xeni mhux xierqa mat-tfal, filmati sesswali.

L-eks maid, li ħadmet ma’ Jackson għal 4 snin fit-tmeninijiet, qalet li qatt ma rat dawn il-filmati u kienet qed tispekula fuq il-kontenut tagħhom.

Dawn mhumiex l-ewwel allegazzjoni ta’ abbuż sesswali fil-konfront ta’ Jackson. Ix-xahar li għadda ħareġ dokumentarju b’allegazzjonijiet simili, bil-qraba tal-kantant jikkundannaw dan id-dokumentarju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Kalifornja, David u Louise Turpin weħlu għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li rabtu, ittorturaw u qaflu lit-13-il wild tagħhom. Il-każ imur lura għas-sena l-oħra meta tifla tal-koppja Turpin, li…

Barranin

Il-Pulizija Irlandiża ppubblikat filmati minn kameras tas-sigurtà li juru l-mumenti qabel inqatlet il-ġurnalista Lyra McKee ta’ 29 sena nhar il-Ħamis li għadda. Mc Kee, li kienet qed tirrapporta minn Derry,…

Kurżitajiet

Fl-Indja, Pawan Kumar mar fl-estremità li qata’ subgħajh barra wara li ntebaħ li ħa żball meta daħal jivvota. F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, Kumar jispjega għaliex għandu idu nfaxxata…

Aktar