Barranin
Tama ġdida għal min qed jitlef il-vista

Terapija ġdida fl-Ingilterra qed tagħti tama lil dawk li qed jitilfu l-vista.

L-isptar Oxford Eye, f’Ingliterra qiegħed jamministra terapija marbuta mal-ġenetika tal-persuna biex jgħin lill-pazjenti li jbatu biex jaraw ma jkomplux jitilfu l-vista.

Jane Osborne hija waħda minn 10 pazjenti li se tagħmel dan it-trattament ġenetiku bit-tama li jwassal għar-riżultati mixtieqa. Hija qalet li m’għadhiex tagħraf lin-nies għaliex il-vista marritilha lura biż-żmien u tinsab ħerqana li b’dan it-trattament ittejjeb ftit il-kundizzjoni tagħha.

It-trattament ifejjaq dak li jissejjaħ bħala age-related macular degeneration (AMD), li jbatu minnha l-anzjani.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Aktar