Lokali
Tappella għal aktar spiżjara f’Malta

Din is-sena studenti minn ħmistax-il pajjiż madwar id-dinja se jkunu qed isegwu kors fil-farmaċija fl-Università ta’ Malta.

Dan intqal mill-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija, il-Professur Lilian Azzopardi, waqt konferenza tal-Aħbarijiet organizzata fil-Jum Dinji tal-Ispiżjara – jum li fih ir-rwol tal-ispiżjara fis-soċjetà tfakkar anki mill-akkademiċi u l-ispiżjara Maltin.

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista qal li fl-aħħar snin il-qasam regolatorju ingħata importanza akbar bl-Awtorità tal-Mediċini żiedet l-impjegati magħha b’aktar minn tliet darbiet – minn tletin għal mija. Dr Debattista qal li l-ispiżjar dejjem qam għall-okkażjoni u l-pandemija wriet l-importanza ta’ din il-professjoni. Huwa spjega li l-ispiżjar għandu firxa wiesgħa ta’ xogħlijiet li jista’ jimraħ fihom minħabba li jista’ jibqa’ jistudja sa livell ta’ dottorat.

Il-Professur Azzopardi ħeġġet liż-żgħażagħ biex jagħżlu l-karriera tal-ispiżjar għax il-pajjiż għandu bżonnhom.