Annimali
Tappella għal-liġijiet dwar meta u fejn jistgħu jinstaqu ż-żwiemel

Hekk kif is-sajf riesaq ġmielu, għaqda tad-drittijiet tal-annimali qed tappella biex il-Parlament jgħaddi leġiżlazzjoni sussidjarja li tirregola ż-żwiemel fit-toroq.

L-MSPCA qalet li huwa diġà dubjuż li fl-era tat-teknoloġija, iż-żwiemel għadhom jintużaw bħala mezz ta’ trasport. Qalet iżda li sakemm dan jibqa’ jseħħ, trid li jkun hemm standards minimi għaż-żamma taż-żwiemel, simili għal dawk li saru dwar il-klieb.

L-għaqda żiedet tgħid li t-temp għandu jkun fattur deċiżiv dwar meta jinħarġu ż-żwiemel, u li minbarra t-temperatura trid tiġi kkunsidrata wkoll l-umdità. Qalet li ma’ dawn għandhom jitqiesu t-tlajja’ li jista’ jitla’ ż-żiemel, il-piż li jiflaħ iġorr, il-ħinijiet tax-xogħol, u anki l-post fejn jinżamm.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu Edwin Vassallo wera tħassib li fi kliemu għexieren ta’ bdiewa se jiġu żgumbrati mill-għelieqi tagħhom biex issir estensjoni tal-miżbla fil-Magħtab. Huwa qal dan wara l-avviż…

Politika

Waqt laqgħa f’Kastilja mal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-prijorità tal-Gvern hi li jżid l-għadd ta’ nisa fil-Parlament, u li jara sehem iktar attiv tan-nisa fil-ħajja…

Saħħa

Walking Malta huwa proġett ta’ riċerka li ilu għaddej sentejn mill-Istitut tal-Università dwar it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali ta’ Msida, Gżira, Birkirkara u San Ġwann. Permezz ta’…

Kronaka

Tliet impjegati f’ħanut tad-divertiment f’Paceville ġew akkużati li taw xebgħa lil raġel Afrikan u ħallewħ ferut gravi. Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda. Yermakov Mykhailo, Stepan Stankov u Dorde Dudic ġew…

Aktar