Lokali
Tappiera mikxufa fix-Xemxija tikkawża inċident

Tappiera tad-drenaġġ fit-triq ewlenija tax-Xemxija kkawżat inċident ilbieraħ waranofsinhar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:12 meta sewwieq ta’ vann tilef il-kontroll tal-vettura malli nfaqa’ tyre kawża tat-tappiera mikxufa fit-triq. Il-vann spiċċa biex ħabat f’karozza oħra iżda, b’xorti tajba, ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

It-tappiera, li ilha f’dan l-istat għal dawn l-aħħar ġimagħtejn , minbarra li qed tkun ta’ periklu għas-sewwieqa speċjalment bil-lejl, qed tkun ta’ inkonvenjent għal kull min iżur ix-Xemxija minħabba riħa qawwija ta’ drenaġġ.

It-tappiera baqgħet mikxufa iżda tpoġġew żewġ cones, waħda ma’ kull ġenb.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom. Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità…

Infrastruttura

Infrastructure Malta ħabbret li llejla se jkun qed isir xogħol biex tittella fuq il-post gverta ta’ 34 metru tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u…

Lokali

Il-Gvern ħabbar li l-freephone 153 għandu ħsara teknika, u għalhekk minn iċempel jaf ma jaqbadx. Fi stqarrija l-Gvern żied li hemm ukoll influss qawwi ta’ telefonati b’rabta mal-bonus addizzjonali mħabbar…

Qorti

“Bżajt li qatt mhu se nerġa’ nitkellem.” Qalet dawn il-kliem vittma t’attentat ta’ qtil li spiċċat bi kważi għonqha mħanxar wara li raġel Libjan ipprova jisirqilha l-handbag. Il-Qorti t-Tnejn bagħtitu…

Aktar