Kurżitajiet
Taqa’ s-siġra forma ta’ kurċifiss fir-Rabat

Xi wħud li dalgħodu għaddew mit-Telgħa tas-Saqqajja setgħu jinnutaw li z-zokk ta’ siġra forma ta’ kurċifiss inqaleb.

Dan iz-zokk, anki jekk mejjet, sar ikoniku ma’ din it-triq fir-Rabat, u d-devoti jħobbu jpoġġu quddiemu fjuri u xemgħat. Iz-zokk issa ilu hawn is-snin, wara li ġie trasferit minn post ieħor.

Kelliem għal Infrastructure Malta iċċara ma’ TVM li l-awtorità m’għamlet l-ebda xogħol f’din il-parti tat-triq, u li mhix l-awtorità kompetenti biex tieħu xi deċiżjoni dwaru.

Is-siġra meta kienet għadha ħajja
Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta tal-Gvern li jiddaħħal mekkaniżmu korrettiv fil-Kostituzzjoni li jippermetti li jiżdied in-numru tal-membri parlamentari nisa sa massimu ta’ sitta fuq kull naħa tal-Kamra tad-Deputati….

Saħħa

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li d-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni tal-kannabis għal skop rikreattiv mhux wieħed faċli u kollox għandu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu. F’konferenza tal-aħbarjiet ma’ rappreżentanti mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija, il-Fondazzjoi…

Saħħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Coronavirus, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li s’issa f’Malta saru swabs fuq 22 persuna li kellhom is-sintomi tal-virus iżda kollha rriżulataw li m’għandhomx il-Covid-19,…

L-għan ewlieni tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni Ewropea hu li jgħinu jindirizzaw sfidi strutturali partikolari, ikattru t-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività ta’ kull pajjiż membru. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riformi…

Aktar