Kronaka
Taqbad żewġ passiġġieri b’aktar minn €43,000 mhux iddikjarati

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, Sophie, il-kelba tad-dwana rnexxielha xxammem €43,800 mhux iddikjarati li kienu qed jinġarru bejn 2 passiġġieri li kienu fi triqithom lejn l-Italja.

Is-sejba saret fil-port fejn f’żewġ vetturi separati nstabu €21,850 fuq raġel ta’ nazzjonalità Franċiża u €21,950 fuq mara tal-istess nazzjonalità.

Mill-bidu tas-sena 2020 ‘l hawn, it-taqsima tad-dwana kontra l-ħasil tal-flus flimkien mal-Canine Unit interċettaw total ta’ €556,182 mhux iddikjarat f’34 każ separat.