Toroq
AĠĠORNAT: Taqla’ ċitazzjoni minkejja li kienet ipparkjata f’kaxxa bajda

Residenta mis-Swieqi lmentat li laqqtet ċitazzjoni minkejja li kienet ipparkjata kif suppost f’kaxxa bajda.

Ir-residenta marret tistaqsi l-Kunsill Lokali għalfejn spiċċat weħlitha.

Il-mara qalet li sforz tan-nuqqas ta’ parkeġġ fil-lokalità, il-Kunsill ra kif għamel u ħoloq parkeġġi alternattivi għar-residenti. Il-parkeġġ li pparkjat fih il-mara nzerta f’kantuniera, li, bil-liġi, huwa illegali li wieħed jipparkja fih.

Hija ngħatat ir-risposta li l-Kunsill ma jistax jgħinha fil-biċċa tax-xogħol.

Intant, wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport, is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat għamel kuntatt ma’ TVM, fejn sostna li kienu lesti jappoġġjaw lil din il-mara sabiex tikkontesta ċ-ċitazzjoni, u jekk teħilha xorta waħda, s-Sindku qal li huwa lest jagħmel tajjeb għaliha hu.

Is-Sindku żied jgħid li l-parkeġġ ilu hemm minn tal-anqas ħames snin, u bl-ebda mod ma jostakola l-viżjoni għax it-triq hija ‘one-way’. Qal li jkun tajjeb kieku Transport Malta taġġorna r-regolamenti tagħha dwar il-parkeġġ f’kantunieri, biex ma jibqgħux jinħlew spazji essenzjali.

 

Aħbarijiet Oħra
Festi

Tliet politiċi kienu fost tnejn u għoxrin personalità li ġew onorati bid-dekorazzjonijiet tal-istat. Magħhom ġew onorati wkoll diversi personalitajiet għas-servizzi li taw fil-karrieri distinti tagħhom. Fosthom jispikkaw il-kuntistabbli Simon Schembri,…

Stejjer Umani

Omm Maltija tista’ tgħix ħajja normali wara li rċeviet trapjant minn organu ta’ baqra. Shirley Fenech, omm Maltija, għexet ħajja normali sal-2016 meta ħabta u sabta ħassha ħażin, intilfet minn…

Lokali

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li hi mhix se tmexxi l-Partit Konservattiv għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, erba’ snin oħra. May għamlet din id-dikjarazzjoni fi Brussel qabel daħlet għal-laqgħa…

Lokali

Qed jinbidlu bħalissa l-bozoz kollha li jdawlu t-toroq ewlenin f’Malta fi proġett li mistenni jnaqqas il-konsum tal-elettriku b’madwar 70%. Il-bozoz il-ġodda, aktar minn tliet elef, huma tal-għamla LED u joffru…

Aktar