Barranin
Taqla’ €2.1 miljun minn oġġetti li użat fi Grease

L-attriċi Awstraljana, Olivia Newton-John, daħħlet iktar minn żewġ miljun ewro, wara li ddeċidiet li tirkanta l-oġġetti li użat fil-film Grease.

F’dan il-film, li ħareġ fl-1978, hi ħadmet ma’ ġenb l-istilla dak iż-żmien żagħżuha, John Travolta, u interpretat il-parti prinċipali ta’ Sandy, tfajla kwieta.

Il-libsa li libset fl-aħħar xena tal-film, jiġifieri flokk iswed u qalziet tal-ġilda iswed, kienu l-aktar li ġabu flus, hekk kif inbiegħu għal iktar minn €350,000, id-doppju ta’ minn kemm bdew l-offerti.

Il-qalziet ikoniku li libset fl-aħħar xena tal-film, fil-fatt, ma kienx wieħed ġdid, hekk kif inħadem fil-ħamsinijiet. Tant hu hekk li meta libsitu l-ewwel darba, sabu li kellu xi zippijiet imkissrin.

Fl-irkant inbiegħet ukoll l-iscript oriġinali tal-film, li studjat Newton-John minn fuqu. Dan flimkien ma’ libsa roza li libset biex marret iċ-ċinema tara l-film għall-ewwel darba, li nbiegħet għal madwar ħmistax-il elf ewro.

L-attriċi, li għandha 71 sena, qalet li d-deċiżjoni li tbigħ l-oġġetti tagħha ħaditha bil-għan li “tissimplifika ħajjitha.” Bħalissa fil-fatt qed tiġġieled il-marda tal-kanċer tas-sider. Din mhijiex l-ewwel darba li Newton-John qed tirribatti din il-marda, hekk kif diġa’ ħarġitilha fl-1992, u fl-2013.

Parti mill-flus li daħħlet minn dan l-irkant, se jmorru għaċ-ċentru li fih tirċievi t-trattament personali tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet biex l-imxija tal-Coronavirus ma terġax tgħolli rasha, għaliex il-virus għadu ma għebx. Dr David Nabarro, il-kelliem tal-WHO qal li għalkemm il-lockdowns bdew jintreħew, teħtieġ attenzjoni massima…

Artiġjanat

Xtut l-arċipelagu Malti mdawra bi ġmiel ta’ baħar. Baħar, li anki jekk tħares lejh jew kemm kemm tinżel tixxarrab, jiffriskak u jagħtik is-saħħa. Lil xi wħud, iżda, il-baħar tahom u…

Aktar