Politika
Taqsima ġdida biex timplimenta aspetti mil-liġi l-ġdida dwar il-kirjiet residenzjali

L-Awtorità tad-Djar waqqfet taqsima apposta li se tkun responsabbli biex timplimenta diversi aspetti mill-liġi l-ġdida dwar il-kirjiet residenzjali. It-taqsima se tieħu fost oħrajn reġistrazzjoni tal-kirjiet li issir iridu jsiru b’liġi kif ukoll se jkollha l-inkarigu li tilwim żgħir bejn is-sidien u l-inkwilin jiġi solvut mingħajr il-bżonn li ż-żewġ naħat jispiċċaw fil-Qorti.

L-Awtorità tad-Djar ingħatat l-inkarigu li timplimenta diversi aspetti tal-liġi dwar il-kirjiet residenzjali mill-privat, li ġie approvat b’vot unanimu mill-Parlament. Biex taqdi l-irwol ta’ regolatur f’dan il-qasam, l-Awtorità stabilixxiet taqsima ġdida imsejħa Private Residential Leases Unit, li se jkollha diversi funzjonijiet fosthom li tieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni tal-kirjiet u anke li ssib soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet li jinqalgħu bejn is-sidien u l-kerrej.

Romina Fenech ingħatat l-inkarigu li tmexxi din it-taqsima l-ġdida.

“Sezzjoni oħra hija marbuta mal-moniteraġġ u l-infurzar li n-nies huma konformi mal-liġi, nedukawhom u ngħinuhom biex ikunu compliant mal-liġi, u f’każ li bniedem jibqa’ ma jiġix konformi mal-liġi hemm sistema tal-infurzar fejn jista’ jeħel penali ta’ €10,000, u l-aħħar funzjoni hija adjucating panel fejn persuni li għandhom kuntratti rreġistrati u jkollhom xi tilwim bejniethom, sa’ massimu ta’ €5,000 jistgħu japplikaw online jew jiġu hawn iressqu l-ilmenti tagħhom kif joħorġu mil-liġi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes, qal li r-reġistrazzjoni tal-kirjiet ta’ sena trid issir mis-sidien. Sostna li bil-liġi l-ġdida se jkun hemm ċertezza biex l-inkwilini jgħixu f’kundizzjonijiet tajbin filwaqt li s-sid ikollu l-protezzjoni meħtieġa għad-drittijiet tiegħu.

“Aħna ridna sistema iktar effiċjenti fejn min qed jikri u s-sid ikun jistgħu anke fuq tilwim żgħir, l-awtorità se tieħu dan l-irwol iżda finalment se tippjana biex tagħti s-sostenn soċjali bħalma huwa l-housing benefit, lil min qed jikri fis-settur privat u ċertu inċentivi bħal mhi ukoll ir-riduzzjoni fit-taxxa fiskali biex tħajjar aktar sidien il-proprjetà aktar fit-tul.”

Is-Sur Galdes qal li l-liġi l-ġdida se tirregola s-suq b’mod bilanċjat u b’hekk se tagħti serħan il-moħħ u stabbilità lill-inkwilini u lis-sidien. Il-liġi se tidħol fis-seħħ f’Jannar li ġej, u sa Jannar tal-2021 il-kirjiet residenzjali kollha jridu jkunu reġistrati.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Jisimha bil-Franċiż, kitibha Taljan, u llejla kantaha żagħżugħ Malti. Karl Schembri għadu kemm għalaq it-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ bil-kanzunetta “L’amour toujours” tad-DJ popolari Taljan Gigi D’Agostino. Liema…

Lokali

Il-Ħadd li għadda, Destiny għalqet l-ewwel Live Show fost iċ-ċapċip tal-pubbliku bil-kanzunetta “Higher Love” tal-artista idolu tagħha, Whitney Houston. U, illejla, Destiny kantat fid-disa’ post bil-kanzunetta “I Will Survive”. Liema…

Lokali

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall”…

Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Aktar