Lokali
“Taqtgħux qalbkom. Kuraġġ”

Filmat li ttella’ fuq il-paġna uffiċjali tal-klabb tal-Fgura United juri tfal tal-klabb jagħmlu kuraġġ lir-residenti anzjani morda bil-Covid-19 fir-Residenza San Ġużepp fl-istess lokalità.

Il-President ta’ Fgura United, Larkin Bonnici, qal li dan il-filmat jikkonferma li l-klabb ma jgħinx biss lit-tfal fil-ħiliet tagħhom fil-futbol iżda qed irawwem kultura ta’ responsabbiltà soċjali li kull membru għandu lejn il-komunità.

Is-Sur Bonnici spjega li mindu nibtet l-idea, l-ammont ta’ filmati li bdew jibagħtu t-tfal ma waqafx.