Saħħa
Tarax il-mowbajl sa sagħtejn qabel torqod

Kemm-il darba smajna li għandna norqdu bejn seba’ u disa’ sigħat kuljum. Xbajna nisimgħuha. Madanakollu, tidħol minn widna u toħroġ mill-oħra, hekk kif ħafna drabi nispiċċaw ma nagħtux biżżejjed importanza lill-irqad forsi sforz il-ħajja pjuttost bieżla li bosta minna għandna.

Skont studji, f’kuntest Ewropew, l-Olandiżi huma fost l-anqas li jsibuha diffiċli biex jorqdu. Il-Pollakki u t-Taljani, min-naħa l-oħra, huma fost l-aktar li ma jirnexxielhomx jagħlqu għajn m’għajn.

Il-Melatonin, l-ormon tal-irqad, għandu x’jaqsam mad-dawl, u għandu sehem ewlieni f’dan kollu. Fil-fatt, meta l-Melatonin inżommuh għoli, inbatu biex norqdu. Fi kliem ieħor, x’jista’ jtelliflek l-irqad sewwasew?

Fost l-oħrajn, li ddaħħal il-mowbajl miegħek fis-sodda qabel ma torqod. Fil-fatt, skont esperti, m’għandniex nużawh sa sagħtejn qabel ma nidħlu norqdu.

Diversi studji wrew ukoll li bozza bajda mhux tajba għall-irqad, u li, idealment, ikollna dawl safrani.

Fl-aħħar nett, għal xi wħud, dik it-tazza kafè jew grokk whiskey qabel tidħol taħt il-friex tinżel għasel. Madanakollu, il-kafè e u l-alkoħol jistgħu jkunu kaġun ieħor il-għaliex dak li jkun jista’ jsibha diffiċli biex tmur għajnu bih.

Aħbarijiet Oħra
Radju

Mario Laus, l-iżgħar minn sitt aħwa, twieled San Ġiljan. Ħadem ta’ elektrixin, imbagħad, għal kważi erbgħin sena, bħala fizzjal id-dwana. Illum, Mario Laus ilu jagħmel ix-xogħol ta’ DJ għal dawn…

Saħħa

Bosta minna, ta’ tfal żgħar li konna, meta kien imissna nieħdu xi tilqima, żgur li ma konniex nieħdu gost. Il-labbra kienet twerwirna lkoll, ngħiduha kif inhi. U, magħna, il-ġenituri tagħna…

Teknoloġija

Minn sena għall-oħra, it-teknoloġija mxiet ‘il quddiem ġmielu u fost il-bosta benefiċċji li ġabet magħha hemm dak tax-xiri onlajn. Fi ftit kliem, meta għandna bżonn nixtru xi ħaġa, jekk hux…

Teknoloġija

Kemm il-darba mort s’għand xi ħadd, lanqas tilħaq tirfes l-għatba tal-bieb ta’ barra, u tistaqsih għall-password tal-Wi-Fi? U, lil dak li jkun, forsi bla ma trid, iġġibu dahru mal-ħajt għax…

Aktar