Barranin
Tarbija dekapitata waqt il-ħlas- il-karriera tat-tabiba fix-xifer

Każ li jmur lura għall-2014, fejn it-tabiba Dr Vaishnavy Laxman, hi u twelled tarbija fl-isptar Ninewells  fl-Iskożja, spiċċat biex iddekapitatha.

Mara ta’ 30 sena daħlet b’emerġenza l-isptar biex twelled qabel iż-żmien meta komplew jiżviluppawlha xi kumplikazzjonijiet. Dr Laxman, ordnat lill-omm biex tibqa’ timbotta biex teħles lit-tarbija filwaqt li hi ġibditha minn saqajha u b’kawża t’hekk, ras it-tarbija tqaċċtet minn ma’ ġisimha.

Il-karriera tat-tabiba qiegħda fix-xifer wara li qed tiġi akkużata li ħadet ammont ta’ deċiżjonijiet ħżiena biex twelled lit-tarbija.

Dr Vaishnavy Laxman

It-tarbija kienet fraġli l-għaliex kien għad kellha biss 25 ġimgħa u t-tabiba baqgħet tinsisti biex din titwieled bi ħlas naturali.

Fil-Qorti, l-omm qalet li ħadd ma qalilha x’kien qed jiġri u minkejja li bdiet tokrob b’uġigħ insopportabbli, ħadd ma beda jagħti kasha.

Wara dak il-kalvarju kollu, il-mara kellha tiġi operata biex titneħħa ras binha minn ġufha.

L-omm saret taf bid-dettalji kollha ħafna wara dak li ġara.

It-tabiba Laxman ġiet sospiża mill-professjoni tagħha sakemm tinqata’ l-kawża.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmenin ġurnata mindu saret l-elezzjoni, l-Italja tinsab qrib li jkollha Prim Ministru ġdid. L-isem propost hu Giuseppe Conte, Professur fil-liġi ta’ 54 sena mill-belt ta’ Foggia fir-reġjun ta’ Puglia… qajla…

Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Aktar