Barranin
FILMAT: Tarbija maħtufa tingħaqad ma’ familtha 40 sena wara

Mara, li erbgħin sena ilu nħatfet meta kienet tarbija fl-Arġentina reġgħet ingħaqdet mal-qraba tagħha. Dan kien possibbli wara l-ħidma tal-grupp imsejjaħ in-nanniet ta’ Plaza de Mayo.

Il-mara, li jisimha Adriana u li għandha erbgħin sena, ġiet identifikata minn testijiet tad-DNA, li qablu eżatt ma’ tal-qraba tal-ġenituri tagħha. Hu mifhum li dawn għebu taħt it-tmexxija militari tal-Arġentina.

Adriana hija l-126 persuna li nstabet min-nanniet li għandhom kampanja li jsibu l-vittmi tal-hekk imsejha gwerra maħmuġa meta l-militar Argentin kien baxx baxx jillimina l-avversarji tal-gvern.

Adriana qalet li meta l-koppja li rabbietha mietet, xi ħadd qalilha li ma kinitx il-wild bioloġiku tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’ittra ppubblikata mill-White House, tħabbar li l-President Amerikan Donald Trump ħassar is-summit storiku tax-xahar id-dieħel mal-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un f’Singapore. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo qara l-ittra f’laqgħa…

Barranin

Id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq qalet li l-futur tas-summit bejn pajjiżha u l-Istati Uniti jiddependi totalment mill-Istati Uniti filwaqt li kkundannat intervista li ta l-viċi President Amerikan Mike…

Aktar