Barranin
Tarbija salvata mill-għarqa ssir stilla tal-Eurovision

Tarbija li s-sena l-oħra salvat mill-għarqa fil-baħar Mediterran se ssib ruħha fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej.

Dan wara li d-duo Madame Monseiur intgħażel biex jirrapreżenta lill-Franza fil-Eurovision.

Madame Monseiur se tkun qed tirrapreżenta lill-Franza b’kanzunetta ispirata mill-istorja tat-twelid tat-tarbija fuq il-baħar.

Il-kanuzenetta ġġib l-isem ta’ Mercy. Id-duo qal li kien fir-recording studio meta raw ir-ritratt ta’ Mercy imxerred fuq Twitter.

Żied jgħid li r-ritratt laqagħthom mal-ewwel u ġew ispirtati mill-prinċipju li t-tama tirbaħ. Qal li r-ritratt kien wisq b’saħħtu tant li f’nofs traġedja ta’ mewt kien hemm twelid. Dan il-kuntrast fil-ħajja wassal lid-duo biex jinżeġ kanzunetta dwar dan.

Spjega li l-għan tal-kanzunetta huwa li tiġġieled għall-umanità u stqarr li l-kanzunetta hija dwar is-solidarjetà, it-tama u l-miraklu tat-twelid.

Fl-aħħar sentejn, NGOS SOS Mediterranee salvat aktar minn 28,000 persuna li kienu qed jaħarbu mill-gwerra u l-faqar bit-tama li jaslu fl-Ewropa. F’wieħed mill-vjaġġi kien hemm Taiwo minn Niġerja. Tqila waslet lejn l-aħħar hija weldet nhar il-21 ta’ Marzu, 2017 fuq il-vapur li salvahom mill-għarqa. Il-vapur kien daħal fil-port ta’ Katanja, Sqallija.

Il-finali tal-Eurovision Song Contest se jsir f’Lisbona fit-12 ta’ Mejju.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar