Barranin
Tarbija ta’ sena fost il-vittmi wara li għerqet dgħajsa f’Missouri

It-traġedja f’Missouri tard ilbieraħ wara l-għarqa ta’ dgħajsa bit-turisti ħalliet 17-il vittma li disa’ minnhom huma mill-istess familja. Il-gvernatur ta’ Missouri Michael Parson qal li Tia Coleman ikkonfermat miegħu li 11-il membru tal-familja tagħha kienu fuq id-dgħajsa, b’disa’ minnhom spiċċaw tilfu ħajjithom.

Qalet ukoll li l-kaptan tad-dgħajsa qal lill-passiġġier li ma kienx hemm bżonn jintlibsu il-ġgieket ta’ salvataġġ. Id-dgħajsa kienet qed iġġorr 31 persuna u għerqet fix-xmara Table Rock, popolari ħafna mat-turisti li jżuru dawn l-inħawi.

L-età tal-vittmi tvarja bejn sena u sebgħin sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-artisti tal-mument inġabru fir-Radio City Hall ta’ New York għall-MTV Video Music Awards f’serata li offriet wirjiet memorabbli minn Madonna, li matulha tat ġieħ lill-artista Aretha Franklin b’riflessjonijiet personali dwar…

Barranin

Chiara, tifla ta’ 8 snin, għexet b’miraklu wara t-traġedja li laqtet bosta nies f’park f’Calabria. It-tifla belgħet ammont kbir ta’ ramel u tajn u tinsab taħt xokk qawwi. Hija nstabet…

Barranin

Fuq il-midja soċjali kienu jidhru bħala familja perfetta, iżda traġedja li laqtet lil din il-familja l-ġimgħa l-oħra kixfet realtà għal kollox differenti. Ir-raġel fl-Istati Uniti li qed jiġi akkużat bil-qtil…

Barranin

Minn tal-inqas 11-il persuna mietu u oħrajn għadhom mitlufa wara għargħar mhux mistenni li laqat Pollino National Park fl-Italja. Għad ta’ persuni kienu qed jimxu fil-park f’Calabria meta bħal sajjetta…

Aktar