COVID-19
Tarbija ta’ xahar fost 6 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta

Illum ġew ikkonfermati 6 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta. Dan tħabbar mis-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, waqt il-konferenza stampa tal-lum. B’kollox issa l-każijiet telgħu għal 299.

Hija qalet li lbieraħ saru 993 swabs, li minnhom irriżultaw dawn il-każijiet il-ġodda, li wieħed minnhom impurtat. Fost il-każijiet ġodda hemm ukoll tarbija ta’ xahar li kienet fl-isptar.

Il-każijiet jinvolvu tarbija ta’ xahar li bdiet bis-sintomi tas-sogħla u qtugħ ta’ nifs fis-7 ta’ April u rriżultat pożittiva għall-COVID-19.

Ħaddiem tas-saħħa ta’ 56 sena li ma kellux kuntatt mal-pazjenti ukoll irriżulta fil-pożittiv u bħalissa qed isir contact tracing tal-kollegi tiegħu. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li dan il-healthworker ma kellux kuntatt mal-pazjenti.

Mara ta’ 57 sena li ma kellha l-ebda sintomi tal-virus, instabet pożittiva waqt test ta’ rutina qabel operazzjoni.

Pensjonant ta’ 63 sena ukoll irriżulta pożittiv għall-COVID-19 wara li beda bis-sintomi fl-4 ta’ April. Hu kellu biss kuntatt mal-membri tal-familja tiegħu.

Mara ta’ 47 sena bdiet bis-sintomi fis-6 ta’ April u rriżultat pożittiva għall-coronavirus. Anki f’dan il-każ, l-awtoritajiet tas-saħħa għaddejjin bil-contact tracing tal-familja tagħha.

Raġel ta’ 52 sena irriżulta pożittiv wara li wasal Malta mir-Renju Unit fit-2 ta’ April u beda jħoss is-sintomi fil-5 ta’ April.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li n-numri m’għandhomx iserħu l-irjus biex wieħed jirrilassa l-miżuri li qed jittieħdu. Qalet li l-kurva f’Malta għadha tiela ‘l fuq u għalhekk importanti li wieħed jibqa’ jobdi d-direttivi.

Is-Superintendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 8. April 2020

Ara wkoll:

Billi tirriżulta negattiv għall-Covid xorta m’għandekx taqbad u tmur għax-xogħol

Covid-19: X’inhi s-sitwazzjoni ta’ tfal li l-ġenituri tagħhom ma jgħixux flimkien?

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Aktar