Barranin
Tarbija tat-twelid kważi tindifen ħajja

Sptar privat f’Delhi keċċa żewġ tobba wara li ddikkjaraw mejta tarbija ħajja.

It-tobba ta’ sptar privat iddikjaraw lit-tarbija bla ħajja ftit sigħat biss wara li t-tewmi tagħha twieled mejjet.

Il-ġenituri tat-tarbija ntebħu li din kienet għadha qed tieħu n-nifs huma u sejrin għall-funeral.

L-inċident qajjem furur u dibattitu sħiħ dwar il-kwalità tas-servizzi tas-saħħa privati.

Fi stqarrija, l-isptar iddikkjara li temm il-kuntratt ta’ servizz taż-żewġ tobba li kellhom il-karigu jwelldu lit-tewmin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’ittra ppubblikata mill-White House, tħabbar li l-President Amerikan Donald Trump ħassar is-summit storiku tax-xahar id-dieħel mal-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un f’Singapore. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo qara l-ittra f’laqgħa…

Barranin

Id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq qalet li l-futur tas-summit bejn pajjiżha u l-Istati Uniti jiddependi totalment mill-Istati Uniti filwaqt li kkundannat intervista li ta l-viċi President Amerikan Mike…

Aktar