Kurżitajiet
Tarbija tat-twelid tispiċċa bla ħsieb għand dentist

Tarbija ta’ 12-il-ġurnata kellha tittieħed għand dentist biex titneħħielha sinna li twieldet biha.

Omm it-tarbija, Jasmin Heasman minn Plymouth f’Devon qalet li baqgħet ixxukkjata meta ntebħet li bintha twieldet b’sinna u spiċċat biex kellha teħodha għand dentist f’età daqshekk żgħira.

Is-sinna tat-tifla kellha titneħħa għaliex kienet qed tiċċaqlaq. Isla-Rose ma ħasset xejn meta qalawlha s-sinna tant li lanqas biss tniffset.

Il-klinika Seven Trees Dental Access Centre qalu li Isla-Rose kienet l-iżgħar pazjent li qatt kellhom.

Il-maġġoranza tat-trabi jibdew jaqsmu s-snien ta’ sitt xhur b’oħrajn jaħsbulu aktar kmieni anke ta’ 4 xhur.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Kurżitajiet

Pippa Middleton u James Matthews saru ġenituri ta’ tifel.  It-tarbija twieldet jumejn ilu fl-Isptar St Mary’s f’Londra, fl-istess post fejn welldet lil uliedha oħtha l-Prinċipessa Kate. Pippa daħlet l-isptar nhar…

Kurżitajiet

Din il-ġimgħa xi ħadd jista’ jkun fortunat jekk jitilgħu n-numri li jagħżel fil-lotterija Amerikana Mega Millions u jirbaħ $654 miljun (ekwivalenti għal €565.5 miljun). Bi premju kbir bħal dan, tista’…

Aktar