Lokali
Tarbija, tifla u żewġ nisa l-isptar wara ħabta fin-Naxxar

Żewġ adulti u tarbija u tifla, iddaħħlu l-isptar bħala prekawzjoni wara li dalgħodu kienu involuti f’ħabta fin-Naxxar.

Il-Pulizija qalet lil tvm.com.mt li l-inċident seħħ dalgħodu fi Vjal il-21 ta’ Settembru, meta għal xi raġuni l-karozza li kien fiha żewġ nisa, tarbija ta’ madwar tliet xhur u tifla ta’ sentejn, kellha impatt ma’ karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena min-Naxxar. Mad-daqqa l-karozza tal-ġuvni ħabtet ma’ siġra. 

L-ebda mix-xufiera u passiġġieri ma sofrew ġrieħi madankollu ż-żewġ nisa u t-tfal ittieħdu l-isptar minħabba li kienu qed isofru minn xokk, u biex jassiguraw li t-tfal ma ġralhom xejn.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.