Konsumatur
Tariffi orħos għal telefonati minn Malta lejn 30 pajjiż ieħor

Mill-Erbgħa 15 ta’ Mejju, il-Maltin jew barranin li jkunu f’Malta u jagħmlu telefonati b’mobile jew linja fissa lejn pajjiż ieħor fit-30 pajjiż taż-żona Ekonomika Ewropea se jċemplu b’tariffi orħos.

Dan se jseħħ riżultat ta’ regolament ġdid tal-Unjoni Ewropea li ġie nnegozjat bejn il-pajjiżi tal-Unjoni fosthom l-awtoritajiet regolatoraji tal-komunikazzjoni.

Ir-regolament ġdid magħruf bħala ‘Intra-EU Communications’ se jwassal biex it-telefonati ma jiswewx aktar minn 19-il ċenteżmu ‘l minuta, esklużi t-taxxi.

Yanika Cassar mill-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni qalet li kuntrarju għal qabel dan ir-regolament, l-operaturi tal-komunikazzjoni ma kellhomx limitu tat-tariffi li setgħu jimponu fuq it-telefonati u l-SMS li jsiru minn Malta għall-pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea.

“Ir-rata massima ta’ telefonata se tkun 19-il ċenteżmu kull minuta, esklużi t-taxxi, u r-rata massima ta’ SMS hija ta’ 6ċ kull SMS, esklużi t-taxxi,” qalet Cassar.

Spjegat li r-regoli ġodda huma differenti mir-regolamenti tar-roaming li daħlu fis-seħħ f’nofs Ġunju tal-2017. “L-intra EU huwa minn Malta, waqt li r-regolamenti tar-roaming japplikaw biss għall-mobile, u japplikaw meta inti ħa tkun f’membru stat ieħor fl-Unjoni Ewropea.”

Yanica Cassar qalet li l-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni se tassigura li l-operaturi lokali li joffru s-servizzi tat-telefonija huma konformi ma’ dan ir-regolament.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ persuni ntlaqtu minn vettura fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Xatt l-Għassara ma’ moll iċ-ċingaturi. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Imqabba. Il-persuni milquta huma żewġt…

Lokali

Il-Ministri Konrad Mizzi u Owen Bonnici qalu li nħolqu profili foloz tagħhom u qed joqogħdu jitkellmu man-nies. Fuq Facebook, il-Ministru Bonnici qal li min ħoloq dawn il-profili qed joqgħod jkellem…

Edukazzjoni

Is-sena li għaddiet 3,500 tifel u tifla ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena ġew reġistrati fil-Klabb 3-16. Is-servizz mogħti minn madwar 600 persuna fi 28 skola joffri serħan il-moħħ u…

Kronaka

Fire Gepostet von Paul Camenzuli Kerr am Sonntag, 18. August 2019 Nirien li tkebbsu f’residenza privata fi Triq Bizazza f’Tas-Sliema waslu biex 12-il persuna li kienu evakwati ngħataw l-assistenza medika…

Aktar