Barranin
Tasal ir-raba’ mewġa ta’ Covid-19 fil-Ġermanja

Fi kliem Lothar Wieler, il-President tal-Istitut tas-Saħħa Pubblika Ġermaniża magħruf bħala Robert Koch il-Ġermanja għaddejja mir-raba’ mewġa ta’ Coronavirus.

Wieler stqarr dan waqt konferenza onlajn li kellu fost l-oħrajn mal-Kap tal-Kanċellerija Ġermaniża, Helge Braun.

Fl-isfond taż-żieda ta’ każi ta’ Covid-19 fil-Ġermanja fl-10 ta’ Awwissu se tittieħed deċiżjoni fuq x’għandha tkun it-triq ‘il quddiem. Dakinhar, il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel se tattendi konferenza mal-ministri li għandhom ir-riedni tas-16-il stat Ġermaniż biex jiġi deċiż x’miżuri ġodda jistgħu jittieħdu bil-għan li titrażżan l-imxija tal-pandemija.