Kurżitajiet
Tasal li tiekol burger bid-dud?

Jekk għandek stonku nfurrat u ma tiddejjaqx minn palat differenti, aqbeż qabża f’dan is-supermarket f’Aachen il-Ġermanja fejn ix-xerrejja għandhom l-opportunità jduqu burger bid-dud. Dud b’livell għoli ta’ proteini magħmula minn dud magħrufa bħala Buffalo Beetles.

Biex il-burger ikun komplut jisserva bil-ħass, basal u tadam u diġà kien suċċess fl-Olanda u l-Belġju. Kull min daqu qal li dan il-burger huwa alternattiva tajba għal-laħam wara li x-xerrejja kemmxu ftit xuftejhom sakemm ħadu l-ewwel ġidma.

Baris Oezel, wieħed mill-fundaturi ta’ Bugfoundation li hija l-moħħ wara dawn il-burgers, qal li ilu jaħdem fuq dan il-kunċett għal dawn l-aħħar erba’ snin. Oezel qal li l-idea nibtet wara li flimkien mas-sieħeb tiegħu marru l-Ażja fejn huwa komuni li n-nies jieklu l-insetti.