Kurżitajiet
Tasal ma taħsilx il-qliezet ta’ taħt għal ġimgħat sħaħ?

Kumpanija ġdida bl-isem ta’ Organic Basics ħarġet b’ teknoloġija ġdida li tippermetti lil dak li jkun jilbes qalziet ta’ taħt għal ġimgħat sħaħ mingħajr il-bżonn għal ħasla.

Din il-kumpanija qalet li l-ħsieb wara din l-idea kienet biex nibżgħu ftit aktar għall-ambjent.

Skont il-kumpanija, din it-teknoloġija twassal għal moda sostenibbli fejn il-kunċett tal-ħasil tal-ħwejjeġ jonqos b’mod drastiku. Il-kumpanija qalet ukoll li l-ħasil tal-ħwejjeġ huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jikkontribwixxi għall-ħsara li qed nagħmlu lill-ambjent.

Iżda, kif jista’ dak li jkun ma jaħsilx ħwejġu? Organic Basics malajr ħarġu b’soluzzjoni, b’ingredjent partikolari – il-fidda.

Il-fidda hija minnha nnifisha anti-mikrobika u għalhekk, il-kumpanija vvintat qliezet ta’ taħt magħmulin b’traċċi tal-fidda li joqtlu 99.9% tal-mikrobi u l-irwejjaħ.

Skont Organic Basics, l-invenzjoni tagħhom se tiffranka lill-konsumatur ħafna ħin u flus filwaqt li se titnaqqas ukoll il-ħela tal-ilma u l-enerġija.

Apparti l-fidda, il-qliezet ta’ taħt huma magħmula wkoll minn materjal riċiklat.

S’issa, il-kumpanija rnexxielha tbigħ aktar minn 200,000 prodott. Pakkett b’2 boxer shorts għall-irġiel jiswa madwar €53 mentri pakkett għan-nisa jiswa madwar €47.

Int tasal li teqleb għal ħwejjeġ organiċi?

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Fl-eqqel ta’ Lulju ħafna nies qed jinżlu lejn ix-xtajtiet sbieħ li joffri l-Mediterran biex iċafċfu u jirrilassaw. Iżda xtajta partikolari fi Spanja bħalissa qed toffri żvog għal kollox differenti. Ir-raħal…

Barranin

Jismu Garrett Michael Boofias, għandu 5 snin, u meta jikber xtaq isir boxer professjonali. Dawn huma wħud mid-dettalji li tifel Amerikan ta’ 5 snin kiteb fuq l-avviż tal-mewt tiegħu qabel…

Kurżitajiet

Minkejja li sseparaw, raġel baqa’ għajjur għall-ex mara tiegħu tant baqa’ jsegwi kull pass li kienet tagħmel biex jara min hu s-sieħeb il-ġdid tagħha. Ir-raġel minn provinċja ta’ Cremona fl-Italja…

Barranin

Mhux soltu li membri tal-Protezzjoni Ċivili jduru fuq il-bajjiet inkiss inkiss u jisirqu l-mobiles minn idejn in-nies. Iżda dan kien proprju dak li għamlu uffiċjali tas-salvataġġ fl-Iżvezja. Is-Södra Älvsborg Rescue…

Aktar