Kurżitajiet
Tasal tindifen mal-annimali li trabbi?

Il-politiċi Belġjani qed jaħdmu biex jaraw bidla fil-liġi biex kull min jixtieq jindifen maġenb l-annimali li jrabbi jew rabba jista’ jwettaq xewqtu.

Din l-għażla ta’ dfin mhix disponibbli fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej. Il-Partit Soċjalista Fjamming bi ħsiebu jressaq it-talba quddiem il-parlament biex sidien tal-annimali jkunu jistgħu bil-liġi jaqsmu funeral u jindifnu maġenb l-annimali tagħhom. Dan isir bis-saħħa tal-kremazzjoni.

Il-Membru Parlamentari Rob Benders qal ukoll li sidien l-annimali jistgħu jagħżlu wkoll li l-irmied tagħhom jitqiegħed flimkien ma’ dak tal-annimali tagħhom, fl-istess urna jekk tgħaddi din il-liġi.

Benders jemmen li l-annimali li wieħed irabbi jispiċċaw isiru parti mill-familja u jemmen li tkun ħarsa kbira li fil-mewt is-sidien jisseparaw ruħhom mill-annimali li tant ħabbew f’ħajjithom.

Fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, huwa diffiċli jew projbit li jindifnu l-annimali maġenb in-nies f’ċimiterji tradizzjonali, iżda f’xi pajjiżi jeżistu anke żoni ddedikati għad-dfin tal-annimali.

 

Fil-maġġoranza tal-każijiet, l-annimali jindifnu f’ċimiterji għall-annimali. Fi Franza u l-Belġju, il-miżata ta’ dfin tista’ saħansitra tiswa bejn €100 u €600.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Xjenzati qalu li ż-żmien tal-adolexxenza għandu jibqa’ sejjer minn 10 snin sa 24 sena. Dan minkejja li bħalissa ż-żmien tal-adoloxxenza jintemm maż-żmien magħruf tat-teenagers – 19-il sena. Huma bnew l-argument…

Kurżitajiet

L-aħħar sfida li tfaċċat fuq il-midja soċjali li qed tikseb il-popolarità ma’ min iħobb jirriskja, hija dik li hi magħrufa bħala  ‘tide pod challenge’. Hemm bosta filmati jduru fuq il-midja soċjali…

Kurżitajiet, Lokali

Skont it-tbassir tat-temp nistgħu ngawdu l-ftuħ u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-V18 mingħajr inkwiet. Skont First Malta (www.firstmalta.com) u l-uffiċċju meterjoloġiku, it-temp imbassar għal għada s-Sibt 20 ta’ Jannar se jkun il-biċċa l-kbira…

Kurżitajiet

Ix-xjentisti qegħdin fuq l-għatba ta’ skoperta revoluzzjonarja fil-qasam tal-mediċina u s-saħħa – test tad-demm għall-kanċer. Tim ta’ esperti f’John Hopkins University ħadmu qatigħ fuq metodu li jirnexxilu jsib 8 forom…

Aktar