Lokali
Tattendi persuna waħda għall-protesta minn klijenti ta’ Satabank

L-ewwel minn sensiela ta’ protesti minn klijenti ta’ Satabank bdiet fuq nota pjuttost negattiva hekk kif kien hemm iktar ġurnalisti u pulizija milli klijenti.

Fil-fatt, għal din il-protesta tfaċċat persuna waħda, li spjegat li hija mhiex milquta direttament b’dak li ġara f’tas-Satabank, iżda marret hemm bħala solidarjetà għax taħdem ma’ kumpanija tal-igaming li hija klijenta ta’ Satabank.

Il-protesta kellha tibda fis-1.30pm iżda hekk kif daqqu s-2.10pm u ma tfaċċa ħadd, Susanne Person, li hija Żvediża spjegat lill-ġurnalisti preżenti li min organizza l-protesta għadu kemm infurmaha li inqalagħlhom xi ħaġa u mhux se jmorru.

Fl-istess waqt hija skużat ruħha mal-Pulizija preżenti li nqalgħu għalxejn, hekk kif l-organizzaturi applikaw formalment mad-Depot tal-Pulizija sabiex jorganizzaw din il-protesta u skont il-liġi, fuq il-post iridu jkunu preżenti numru ta’ pulizija.

Skont l-organizzaturi – Atusbuf Malta Association – minbarra l-protesta tal-lum, se jagħmlu protesti oħra bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, quddiem il-bini ta Satabank f’San Ġiljan, quddiem il-kumpanija tal-awdituri li tqabbdu mill-MFSA fl-Imsida, quddiem l-MFSA f’Ħ’Attard, quddiem il-Ministeru tal-Ekonomija fil-Belt u l-aħħar waħda nhar il-Ġimgħa quddiem Kastilja.

Skont email li ntbgħatet lill-midja dwar dawn il-protesti, il-klijenti ta Satabank se jipprotestaw għal fatt li m’għandhomx flus biex jixtru x’jieklu u jixorbu.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar