Barranin
Tazzarda tieħu grokk?

Dan il-vodka artiġjanali magħmul mill-qamħ u ilma ta’ Chernobyl u huwa l-ewwel prodott li mistenni jkun disponibbli fis-suq għall-konsumaturi mindu seħħet it-traġedja fiż-żona Ukrena.

Dan ix-xorb irqiq magħmul minn prodotti meħudin miż-żona madwar l-impjant nukleari mġarraf li wassal għall-evakwazzjoni minn Chernobyl.

Il-Professur Smith, mill-Università ta’ Portsmouth, li ħadem fuq dan il-prodott mill-qrib, serraħ l-imħuħ hekk kif qal li mhemmx traċċi radjoattivi fih l-għaliex il-proċess li bih isir tinqered kwalunkwe kimika radjoattiva.

Skont ix-xjenza wara l-proċess, kwalunkwe impurità preżenti tispiċċa tinqered meta tiġi distillata, kif inhu fil-każ ta’ Atomik Vodka.

Il-Professur Smith qal li l-prodotti meħuda miż-żona kienu kemxejn ikkontaminati iżda dawn ġew ippurifikati bil-proċess.

Eventwalment, il-qligħ mill-bejgħ ta’ dan il-prodott mistenni jmur għaċ-ċittadini ta’ Chernobyl li għadhom jgħixu f’faqar kbir.

F’April tal-1986, Chernobyl inksiet b’materjal radjoattiv wara ħsarat li ġarraf l-impjant nukleari Numru 4. Dan l-inċident ġab miegħu ħafna mwiet hekk kif iċ-ċittadini mardu bil-kanċer kawża tal-materjal tossiku li ħareġ mill-impjant u nfirex maż-żona. Il-ħsara baqgħet tinħass sa ħafna snin wara hekk kif twieldu ħafna trabi b’diżabbiltajiet u mard kroniku/terminali.

The rye grain grown in the Chernobyl exclusion zone was 'slightly contaminated'
Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar