Saħħa
Tbati bl-irqad? Aqra kif jista’ jaqbdek in-nagħas f’inqas minn żewġ minuti

Hawn min isibha diffiċli jagħlaq għajnejh u jorqod trankwill fis-sodda matul il-lejl.  Iżda jidher li għal din il-problema hawn soluzzjoni li tista’ twassal biex jaqbdek in-nagħas f’żewġ minuti biss.

Il-ktieb bl-isem ta’ ‘Relax and Win: Championship Performance’ jitratta metodu li jintuża mis-suldati Amerikani li jgħinhom jorqdu f’120 sekonda biss.  Dan il-metodu ilu li ġie vvintat, kważi 40 sena ilu, iżda reġa’ feġġ dan l-aħħar.

Biex ikunu żguri li s-suldati straħu sew, speċjalment meta jkunu fi gwerra, kapijiet tal-armata vvintaw metodu li wara sitt ġimgħat tipprattika jwassal għall-irqad.  Ir-rata tas-suċċess hija ta’ 96%.

It-teknika ġiet ivvintata biex is-suldati u l-bdoti tal-militar Amerikan ma jkunux għajjenin għax inkella jkun hemm ċans kbir li jiżbaljaw iktar.  Tinvolvi taħlita ta’ rilassament tal-muskoli, kif tieħu n-nifs u viżwalizzazzjonijiet.

Kif tista’ torqod f’inqas minn 2 minuti?

L-ewwel trid tirrilassa l-muskoli tal-wiċċ, fosthom l-ilsien u x-xedaq, kif ukoll il-muskoli ta’ madwar l-għajnejn.

Imbagħad trid tirrilassa l-ispallejn u tħalliehom jinżlu kemm jista’ jkun l-isfel biex idejh ikunu rilassati kemm jista’ jkun, billi tibda’ mill-parti ta’ fuq u tibqa’ nieżel ‘l isfel.

It-tielet nett trid tieħu n-nifs u titfgħu ‘l barra, biex b’hekk tirrilassa s-sider, u fl-aħħar tagħmel l-istess b’saqajk billi tibda mill-koxox u tibqa’ tinżel għan-naħa t’isfel tas-saqajn.

Ladarba tkun ilek 10 sekondi rilassat, ikun imiss tneħħi l-ħsibijiet kollha li għandek minn moħħok.  Skont il-ktieb, hemm 3 metodi li jgħinuk tagħmel dan:

L-ewwel trid timmaġina lilek innifsek qisek qiegħed f’canoe f’għadira kalma fejn hemm biss is-sema ikħal fuqek.

Imbagħad trid timmaġinak imgeddes f’hammock (bandla tad-drapp li tiddendel minn żewġ naħat) tal-bellus ta’ lewn iswed f’kamra mudlama.

Fl-aħħar tista’ tipprova tgħid “ma rridx naħseb, ma rridx naħseb, ma rridx naħseb” wara xulxin għal 10 sekondi.

Lil min taffettwa l-problema tan-nuqqas ta’ rqad?

In-nuqqas ta’ rqad (insomnia) hija problema kbira mifruxa ma’ kullimkien fid-dinja u taffettwa terz tan-nisa u l-irġiel li għandhom bejn it-30 u l-40 sena kif ukoll nofs dawk li għandhom iktar minn 65 sena.

Jeżistu żewġ tipi ta’ insomnia – dawk li jagħmlu lejl ma jorqdux – u dawk li jorqdu sew iżda jqumu mill-inqas darba f’nofs ta’ lejl u ma jkunux jistgħu jorqdu iktar.

Jekk tagħmel ħafna ljieli b’nuqqas ta’ rqad, din il-problema jista’ jkollha riperkussjonijiet serji fuq is-saħħa, fosthom id-dijabete, il-mard tal-qalb u l-puplesija u saħansitra tista’ taffettwa l-istruttura tal-moħħ.

L-irqad huwa importanti għax jiffriska lill-moħħ billi jneħħilu l-ħażin u jżomm it-tajjeb fih.  Madanakollu, studju riċenti wera kif in-nuqqas ta’ rqad jista’ jwassal biex jitneħħew xi ċelluli tajbin n-nervituri, kif ukoll tiżdied l-ansjetà u d-dipressjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Dan huwa l-mument meta ħaddiema tas-salvataġġ marru jeħilsu lil mara li spiċċat fil-periklu li taqa’ fix-xmara Thames wara li salvat lill-kelb tagħha mill-għarqa. Il-mara kienet qed iżżomm ma’ sellum li…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku wasal fil-kapitali tal-Estonja, Tallin, fl-aħħar ġurnata tat-tour tiegħu fil-pajjiżi Baltiċi. Huwa kien milqugħ fl-ajruport mill-President Estonjan Kersti Kaljulaid. Minbarra laqgħat ma’ uffiċjali tal-gvern u anke kkonċelebra Quddiesa, il-Papa…

Kurżitajiet

Illejla tista’ terġa’ tidħol biċ-ċans li tkun rebbieħ ta’ €138 miljun jekk tieħu sehem fil-lotterija EuroMillions Superdraw.  Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa ma kien hemm ħadd li ħareġ rebbieħ tal-jackpot….

Saħħa

L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel qalet li kitbet lis-Segretarji Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa u tal-Familja biex tipprotesta minħabba li ilha 4 ġimgħat biex il-Gvern jibgħat id-dokument finali dwar il-Ftehim Kollettiv tal-Infermiera u…

Aktar