Sajd
Tberik tad-dgħajjes qabel is-sajjieda jerħulha għas-sajd tal-lampuki

Ftit ġranet oħra jiftaħ l-istaġun tal-lampuki u mijiet ta’ sajjieda joħorġu bil-bastimenti tagħhom jitfgħu ċ-ċimi biex mill-15 ta’ Awwissu jkunu jistgħu jibdew joħorġu jaqbdu l-lampuki.

Hekk kif is-sajjieda qed iħejju għal dan l-istaġun ilbieraħ sar it-tberik tad-dgħajjes. Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Sajd qal li l-attività ssegwi ġranet sħaħ ta’ preparamenti kemm mis-sajjieda kif ukoll minn diversi ħaddiema mill-Ministeru tal-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima. Intqal li fl-aħħar ġranet, permezz tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, AmbjentMalta u d-Direttorat tad-Diversifikazzjoni u l-Kompetittività wettqu ħidma kordinata sabiex jippreparaw u jqassmu mal-15,500 weraq tal-palm tat-tip ‘phoenix canariensis’ lis-sajjieda biex jintużaw mal-kanizzati.

Il-proċess beda numru ta’ ġimgħat ilu fejn ħaddiema ta’ Ambjent Malta bdew il-preparazzjoni biex jiġu identifikati liema siġar tal-palm jistgħu jinżabru u jittieħed il-weraq li jkun fuq in-naħa ta’ barra mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lis-siġra. Dan l-eżercizzju sar permezz ta’ ħidma kollaborattiva mal-kunsilli lokali, mal-koperattivi tas-sajd kif ukoll ma’ diversi entitajiet governattivi u privati.

Il-weraq tal-palm ittieħed kollu l-Għammieri biex ikun jista’ jibda l-process ta’ tqassim lis-sajjieda -proċess li tlesta f’ħin adekwat qabel ma jiftaħ l-istaġun. Il-weraq tal-palm jiġi provdut b’xejn lis-sajjieda biex joffri dell meħtieġ li jattira l-lampuki. Għal dan l-istaġun se jkunu mal-21,000 ċima f’Malta u f’Għawdex li se jintefgħu fil-baħar.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li hekk kif ftit jiem oħra jiftaħ l-istaġun tal-lampuki, il-Gvern ħaseb biex jipprovdi eluf ta’ weraq tal-palm lis-sajjieda biex b’hekk ikun ta’ għajnuna waqt il-preparamenti tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

F’park tal-annimali fl-Imtaħleb is-sidien Christopher Borg u Oksana qisha twieldet tarbija ġdida fil-park, din id-darba l-ewwel ferħ tal-koppja orsijiet Yoggi u Paddy. Yoggi li hija l-ors femminili u Paddy li…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J Scicluna qal li Malta għandha bżonn is-solidarjetà ta’ kulħadd. L-isqfijiet Maltin qed jattendu konferenza f’Bari dwar l-immigrazzjoni u l-paċi fil-mediterran. F’intervista qabel il-konferenza, l-Arċisqof Scicluna qal li…

Unjoni Ewropea

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jfisser mas-sittin biljun ewro inqas fil-Budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea li jkopri s-seba’ snin li ġejjin. Il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel qed jipproponi li…

Politika

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu Edwin Vassallo wera tħassib li fi kliemu għexieren ta’ bdiewa se jiġu żgumbrati mill-għelieqi tagħhom biex issir estensjoni tal-miżbla fil-Magħtab. Huwa qal dan wara l-avviż…

Aktar