Lokali
Teatru Malta bl-ewwel uffiċċju tagħha fiż-Żejtun

It-Teatru Pandora fiż-Żejtun se jospita l-ewwel uffiċċju ta’ Teatru Malta, il-Kumpanija Nazzjonali tat-Teatru li għadha kif twaqqfet.

F’konferenza tal-aħbarijiet, iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall qal li qed jisselfu spazju mill-komunità biex proġett bħalma huwa Teatru Malta jkun jista’ jaħdem minn ħdanu. Żied jgħid li b’din l-inizjattiva se jsir investiment fil-komunitajiet kemm mil-lat ta’ infrastruttura kif ukoll minn dak artistiku.

It-Teatru Pandora huwa mmexxi mill-Għaqda Banda Żejtun u nbena bejn l-1950 u l-1955 minn Edwin England Sant Fournier. Teatru Malta se jagħmel ukoll użu mill-ispazju tat-teatru bħala post fejn isiru l-provi fi proġetti futuri.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Artistiku Sean Buhagiar qal li l-għan tagħhom li jkollhom aktar uffiċji reġjonali. Huwa qal li f’dawn l-ispazji se jsiru diversi stili u tipi differenti ta’ teatru. Spjega li wieħed mill-proġetti komunitarji li se jittellgħu fit-teatri komunitarji se jkun Il-Madonna tiegħi aħjar minn tiegħek, kompiżizzjoni ta’ Alex Vella Gregory u librett ta’ Trevor Zahra.

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonniċi qal li dawn il-proġetti se jsiru taħt il-patroċinju tal-Ministeru peress li jirfdu l-politika u l-istrateġija kulturali tal-Ministeru.

Teatru Malta se jniedi l-ewwel programm tiegħu għall-2018 f’Diċembru.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

The Tempest hija l-produzzjoni annwali tal-MADC, bl-iscript tad-drammaturgu William Shakespeare jingħata interpretazzjoni kontemporanja fl-isfond ta’ battuti dwar il-ħakma u l-maħfra, fil-ġonna ta’ Sant Anton. Il-ġonna ta’ Sant Anton se jerġgħu…

Kisbiet

It-tarzna ta’ Palumbo rebħet kuntratt prestiġjuż għat-tiswija ta’ tliet bastimenti tal-kumpanija Franċiża Corsica Linea b’sistema ta’ tindif tal-fuel skont ir-regoli l-ġodda fis-settur li jħarsu l-ambjent. Fi stqarrija, il-grupp Palumbo qal…

Knisja Maltija

Beda ix-xogħol fuq t-tieni fażi tar-restawr fil-knisja ta’ Santa Katerina taż-Żejtun li qed isir mid-direttorat tar-restawr anke għaliex din il-knisja Barokka hija meqjusa bħala kapolavur arkitettoniku ta’ Lorenzo Gafà tas-seklu…

Kronaka

Illejla l-Pulizija rnexxielha twaqqaf lill-mara li ritratti u filmati tagħha bdew iduru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem, b’bosta persuni jgħidu li kienet qed iddur l-irħula u ġġib ruħha b’mod suspettuż….

Aktar