Qorti
Tefa’ €20 fil-passaport biex iħallu lil ħuh jgħaddi mill-MIA

Raġel ta’ 24 sena mill-Albanija ntbagħat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova jxaħħam uffiċjal pubbliku tal-immigrazzjoni fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Endrit Hushi, li jaħdem fil-kostruzzjoni, wieġeb ħati li s-Sibt ipprova jxaħħam uffiċjal tal-immigrazzjoni.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, b’rasu baxxuta u jibki, fil-Qorti nstema’ kif Endrit Hushi u ħuh kienu ġejjin mill-Maċedonja, u għal xi raġuni ħuh twaqqaf minn uffiċjal tal-immigrazzjoni sakemm isirulu iktar verifiki.

Minħabba li beża’ li ħuh mhux se jitħalla jgħaddi, tefa’ €20 fil-passaport u għaddihom lill-uffiċjal tal-immigrazzjoni bl-għan li jipprova jxaħħmu.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darren Buhagiar, waqt li l-akkużat kien assistit mill-avukat ta’ għajnuna legali, Dustin Camilleri.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Karmenu Vella rċieva medalja ta’ Ordni ta’ San Charles mill-Prinċep Albert II ta’ Monako. Iċ-ċerimonja saret ilbieraħ mill-Palazz tal-Prinċep. Matul dawn l-aħħar ħames snin, Karmenu Vella ħadem fil-qrib mal-Prinċep f’diversi…

Ekonomija u Finanzi

Fi stqarrija, il-bank HSBC qal li se jkun qed inaqqas l-impjieg ta’ 180 ħaddiem bi skema volontarja ta’ irtirar. Il-bank qal li din l-iskema se tiswa mal- €16 miljun u…

Aktar