Qorti
Teħel 3 snin u nofs ħabs wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-probation

Lorita Pace ta’ 35 sena mill-Belt, ġiet ikkundannata għal 3 snin u nofs ħabs wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-probation. F’Marzu tal-2017, Pace kellha sentenza ta’ sentejn u tmien xhur ħabs revokata mill-Qorti tal-Appell għal waħda ta’ probation għall-perjodu ta’ tliet snin minħabba l-vizzju tad-droga. Dan wara li kienet instabet ħatja ta’ kompliċità flimkien ma’ żewġ irġiel f’serq ta’ handbag ta’ anzjana ta’ 74 sena fil-Floriana.

Pace iżda ma baqgħetx tmur għall-kura fl-Isptar Monte Karmeli u waqqfet kull kuntatt mas-Sedqa u mal-uffiċjal tal-probation. Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti, qalet li huwa ċar li l-akkużata ma tridx titgħallem mill-passat u tipprova tirriforma lilha nnifisha.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Tabella max-xatt tal-Mellieħa, fl-inħawi tat-Tunnara, twissik li mhux permessi BBQs jew tined. Għal ħafna għawwiema iżda jidher li din it-tabella setgħet ma saritx, b’numru kbir ta’ tined li llum intramaw…

Qorti

Raġel weħel 6 xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz. Immigrant mill-Mali, li daħal Malta sena ilu, ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova…

Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Kronaka

Connie Mifsud instabet qawwija u sħiħa wara li ġiet irrapportata nieqsa dalgħodu. Iktar kmieni, iben Connie, Chris Mifsud, kiteb fuq il-midja soċjali biex javża li ommu, li għandha d-dimensja, kienet…

Aktar