Kurżitajiet
Teħel il-ħabs wara li gidbet li kellha kanċer biex tieħu l-flus

Tfajla fl-Awstralja weħlet tliet xhur ħabs wara li gidbet ma’ qrabatha li kellha kanċer. Hanna Dickenson ta’ 24 sena ħadet $A42,000 mingħand membri tal-familja u ħbieb biex taparsi tirċievi trattament barra l-pajjiż.

Il-Qorti ta’ Melbourne semgħet kif Dickenson kienet nefqet ħafna mill-flus li qalgħet fuq vaganzi u ħruġ. Hija ammettiet għal seba’ akkużi li kisbet il-flus b’qerq.

Fost dawk li tawha l-flus kien hemm wieħed li taha $A10,000 meta kien għadu kemm ħareġ mill-isptar wara li kien ħa trattament għall-kanċer, filwaqt li persuna oħra tagħtha l-flus f’erba’ okkażjonijiet separati.

Dickenson inqabdet wara li xi ħadd li kien taha l-flus ra ritratti tagħha fuq Facebook u daħallu suspett li kienet ivvintat il-marda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ 3 snin sofra ħruq gravi f’wiċċu u f’dirgħajh f’attakk bl-aċtu li xxokkja l-komunità ta’ Worcester, fir-Renju Unit. It-tifel kien attakkat ġo ħanut tal-fajjenza llum waranofsinhar, bil-mottiv li għadu…

Barranin

Tia Coleman, mara Amerikana rrakkontat kif ħajjitha nbidlet mil-lejl għan-nhar wara t-traġedja ta’ Missouri li seħħet il-Ħamis li għadda. Dgħajsa li kienet qed iġġorr lit-turisti madwar ix-xmara ta’ Missouri għerqet…

Barranin

Raġel fl-Etjopja kien arrestat wara li pprova jqajjem raġel mill-mewt u ma rnexxilux. Getayawkal Ayele, li jridha ta’ profeta, mar għand il-qraba ta’ raġel mejjet u kkonvinċihom li seta’ jqajmu…

Barranin

Il-pulizija f’Los Angeles, fl-Istati Uniti, arrestat raġel li żamm numru ta’ ostaġġi u għalaq lilu nnifsu f’ħanut. L-arrest temm tliet sigħat ta’ terrur għall-ostaġġi li matulhom l-agressur spara u qatel…

Aktar