Lokali
Teħel multa wara argument fl-għassa tal-Pulizija

Maria Farrugia weħlet multa ta’ €4,000 wara li nstabet ħatja li feriet 2 uffiċjali tal-Pulizija f’argument fl-għassa tal-Imsida.

Farrugia, li l-età u r-residenza tagħha ma jistgħux jixxandru b’ordni tal-Qorti, wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha li attakkat lill-pulizija, li ma obditx, irreżistiet l-arrest, tkellmet ħażin fil-pubbliku u kissret il-paċi pubblika.

Hija kienet marret flimkien mas-sieħeb tagħha l-għassa biex takkumpanja terza persuna li kienet issejħet għal xi domandi.

Farrugia kienet intalbet biex tistenna barra peress li ma kellhiex x’taqsam mal-każ. Dak il-ħin hija rreżistiet u darbet ħafif 2 pulizija, wieħed kellu ġrieħi f’għonqu u l-pulizija l-oħra qalgħet daqqa taħt għajnejha.

Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużata kkollaborat mal-Pulizija fl-investigazzjoni.

Meta qies dan kollu, flimkien li l-mara għandha kondotta tajba, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herera mmultaha €4,000 u taha l-possibiltà li tħallas l-multa b’€120 fix-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Għawdex

Steward Healthcare li għalqet sena fit-tmexxija tat-tliet sptarijiet pubbliċi, qed taħdem mal-kumpanija Philips Healthcare tal-Istati Uniti b’konnessjoni mal-masterplan għat-tliet sptarijiet li ser jitħabbar il-ġimgħa d-dieħla. Il-kap tal-Operazzjonijiet ta’ Stewards f’Malta,…

Parlament

L-Assitent Direttur fl-Awtorità tal-Artijiet Peter Mamo qal illi fil-każ tal-esproprjazzjoni tal-art fil-Fekruna f’San Pawl il-Baħar ma ntużatx il-proċedura li l-Gvern juża f’ċirkostnazi simili iżda sar negozjar mas-sid privat qabel sar…

Qorti

Raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa, Manweli Zahra nżamm arrestat wara li ġie akkużat b’abbuż sesswali fuq mara vulnerabbli ta’ madwar 30 sena. Fil-Qorti ġie spjegat li l-mara hija persuna…

Aktar