Qorti
Teħel sena ħabs wara li serqet xi ħwejjeġ minn ħwienet f’Tas-Sliema

Il-Qorti tal-Appell ċaħdet it-talba ta’ Daniela Spiteri ta’ 36 sena, u se tibda tiskonta sentenza ta’ sena ħabs.

Hija kienet instabet ħatja li serqet ħwejjeġ li jammontaw għal madwar €450 minn diversi ħwienet f’Tas-Sliema f’Jannar u Marzu ta’ 5 snin ilu u kisret ordnijiet tal-Qorti.

Spiteri appellat mis-sentenza mogħtija f’Novembru tal-2015 u talbet biex jiġu revokati s-sentenza u l-piena, filwaqt li talbet li għandha tidher quddiem il-Qorti tad-Droga.

Il-Qorti tal-Appell qalet li l-piena ta’ sena ħabs hija korretta u m’hemm xejn x’juri li din kellha tkun anqas jew iktar minn dik mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati.

Dwar it-talba li saret biex il-każ ikun riferut quddiem il-Qorti tad-Droga, il-Qorti qalet li kien fl-obbligu tat-tfajla li tressaq il-provi biex turi li hi dipendenti fuq id-droga u għalhekk it-talba ġiet rifjutata.

Il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti irrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs sabiex Spiteri tingħata l-kura u l-attenzjoni kollha meħtieġa biex hija tegħleb il-vizzju tad-droga.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar