Eurovision
Tel Aviv se jospita l-Eurovision Song Contest 2019

Il-belt Iżraeljana ta’ Tel Aviv se tospita l-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision Song Contest 2019.  Iż-żewġ semi-finali u l-finali tal-64 edizzjoni ta’ dan il-konkors se jsiru fl-14, is-16 u t-18 ta’ Mejju rispettivament fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Konvenzjonijiet.

Id-deċiżjoni ttieħdet minn board imwaqqaf apposta fi ħdan il-Eurovision Song Contest wara li x-xandir nazzjonali Iżraeljan intalab jipproponi tliet ibliet fejn jista’ jittella’ dan il-konkors li kienu Tel Aviv, Ġerusalemm u Eilat.

Ara x’qal l-Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest Jon Ola Sand dwar l-għażla ta’ Tel Aviv għall-edizzjoni li jmiss ta’ dan il-konkors prestiġġjuż tal-mużika.

Tel Aviv kienet l-iktar belt li ppreżentat proposta kreattiva biex ittella’ dan il-konkors annwali li jarawh 200 miljun ruħ madwar id-dinja.  Din se tkun l-ewwel darba li qatt din it-tieni l-ikbar belt Iżraeljana qatt tellgħat avveniment ta’ din ix-xorta.  Tel Aviv tinsab max-xatt tal-Mediterran u għandha popolazzjoni ta’ 400,000 ruħ.

L-edizzjoni li għaddiet tal-Eurovision saret f’Lisbona l-Portugall u rat lil Netta Barzilai tirbaħ il-konkors bil-kanzunetta Toy.  B’hekk Iżrael se jkun qed jospita dan l-avveniment għat-tielet darba fl-istorja wara l-1979 u l-1999 u ħa sehem 42 darba kemm ilu jieħu sehem mill-1973.

Ara wkoll:

ARA: Jista’ jsir il-Eurovision 2019 f’Ġerusalemm?

Netta trebbaħ lil Iżrael il-Eurovision Song Contest 2018

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Jekk hemm aspett li jispikka fuq oħrajn fil-ġrajja tal-mewt ta’ Ġesà hi t-tbatija. Il-knisja parrokkjali tal-Fontana, f’Għawdex, għandha statwa ġdida li tirrappreżenta mument partikulari ta’ tbatija: il-flaġellazzjoni, b’Ġesù marbut ma’…

Teknoloġija

Tnieda fond ta’ żewġ miljun ewro ta’ GO Ventures, immirat lejn kumpaniji żgħar fil-qasam tat-teknoloġija. Fit-tnedija tal-fond, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li biex Malta tibqa’ fuq quddiem tar-rivoluzzjoni diġitali…

Stejjer Umani

Irġiel u nisa b’diżabbiltà llejla ġeddew mument mill-Aħħar Ikla ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu. Hekk kif il-Knisja Kattolika tat bidu għat-Tridu tal-Għid, iċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-lejla fil-parroċċi tfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija u tinkludi…

Kronaka

Persuna ta’ 63 sena mir-Rumanija ġiet rikoverata wara li ttajret fil-Gżira. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Gżira għall-ħabta tal-5.30 pm. Mill-ewwel stħarriġ ħareġ li l-persuna ntlaqtet minn…

Aktar