Lokali
Temmen bid-destin?

Inti temmen bid-destin? Uħud jemmnu li għal kull bniedem hekk miktub destin li ma jħassru ħadd. Oħrajn jemmnu li d-destin hu biss skuża li wieħed jista’ jġib lilu nnifsu f’każ ta’ mument iebes’ “Id-Destin” hu l-isem ta’ film lokali li beda jintwera fiċ-ċinema.

Il-film “Id-Destin” hu bbażat fuq ħajjet Ethan Costa, persuna li l-kurrent tal-ħajja kaxkru u ġarru miegħu għal-għonq it-triq; triq li l-istess Ethan Costa xejn ma kien komdu fiha. Dan kollu baqa’ jseħħ sakemm wasal messaġġ ta’ tama bl-isem ta’ Aurora Cole.

X’ser iżomm lil Ethan Costa milli jgħix dan iċ-ċans? Għalfejn ser jikkumplikaw ruħhom l-affarijet meta suppost kellha tinqaleb il-folja? U x’kienet ir-raġuni prinċipali li Ethan spiċċa f’dan it-taqlib ta’ ħajja?

Dawn huma fost id-domandi li jitwieġbu matul il-film, bl-awtur ħa ħsieb idaħħal sitwazzjonijiet li joħolqu kontroversja. Il-lingwaġġ użat ser ikun wieħed realistiku. Dan kollu fost xeni ta’ azzjoni u sparar u xeni li ħafna nies ikunu qed jistennew f’kull film fosthom xeni ta’ mħabba.

Ġrajja b’ingredjenti ta’ destin u destinazzjonijiet differenti li jgħaqqdu destin wieħed. “Id-Destin” għandu direzzjoni ta’ Dominic Said u ttella’ minn Mixta Drama b’kollaborazzjoni ta’ Brighter Image.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Żiemel li kien għaddej mit-triq deher li beża’ xħin għaddiet minn ħdejh karozza tal-linja. Huwa kien għaddej minn Triq Bormla, iż-Żejtun. Il-filmat, meħud nhar it-Tlieta li għadda juri ż-żiemel bis-serkin…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Annimali

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal….

Saħħa

Tifel ta’ 4 snin miet ilbieraħ wara li aktarx instab li kellu mikrobu li jikkaġuna l-meninġite. Huwa miet f’Mater Dei wara li jidher li kellu xi sintomi li wasslu biex…

Aktar