Lokali
Temp iktar sħun, nieqes mix-xita u b’riħ eqlel għal Jannar

Fl-ewwel xahar tas-sena t-temperaturi kienu kemmxejn għola min-normal filwaqt li għamlet inqas xita milli s-soltu tagħmel f’Jannar.

It-temperatura tal-arja f’Jannar varjat bejn l-għola ta’ 19.2°C u l-aktar baxxa ta’ 7°C. It-temperatura massima medja ta’ 16.9°C qabżet in-normal b’1.3°C, filwaqt li t-temperatura minima medja kienet ta’ 1.6°C għola minn dik mistennija ta’ 9.9°C.

Ix-xemx ma ħarġitx fil-15 ta’ Jannar

Il-baħar kien aktar sħun ukoll, u żamm temperatura medja tal-wiċċ ta’ 16.5°C, meta mqabbla man-normal ta’ 15.8°C.  Dawn it-temperaturi għola mill-medja kienu akkumpanjati minn total ta’ 169.1 siegħa ta’ xemx u s-sħab għatta s-smewwiet b’4 oktas.

Filwaqt li x-xemx ma ħarġet xejn fil-15 ta’ Jannar, jumejn wara ħarġet għall-massimu ta’ 9.3 sigħat. Dan huwa aktar mis-sigħat ta’ xemx totali mkejlin f’ċerti bliet fi Franza fl-ewwel nofs sħiħ tax-xahar ta’ Jannar.

F’Jannar niżlet ix-xita bis-silġ

Ix-xita kienet storja oħra. It-total ta’ xita li niżlet f’Jannar ammonta għal 13.3mm, jiġifieri 79.6mm anqas milli mistenni f’dan iż-żmien tas-sena.  Fil-fatt, ix-xahar kien l-aktar Jannar xott li esperjenzaw il-gżejjer f’dan l-aħħar deċennju.  Kważi nofs it-total ta’ xita ta’ Jannar – eżattament 6.4mm – kien imkejjel fit-tnax-il jum tax-xahar.  F’dan il-jum niżlu wkoll ħalbiet ta’ xita bis-silġ.

Jannar kien ukoll ikkaratterizzat minn aktar jiem bir-riħ, b’veloċità medja ta’ 11.1 knots minflok id-9.2 knots li s-soltu jkunu rreġistrati.  Buffura massima ta’ 47 knots li kienet qed tonfoħ mill-Majjistral tkejlet fit-tieni jum tax-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Il-General Data Protection Regulation (GDPR) tidħol fis-seħħ mil-lum, 25 ta’ Mejju 2018. L-Unjoni Ewropea ħarġet b’għadd ta’ regoli ġodda dwar il-protezzjoni tad-data biex tagħti liċ-ċittadini tagħha aktar drittijiet rigward kif…

Lokali

The Times of Malta The Times of Malta jirrapporta li membri tal-cabin crew tal-Air Malta ddeskrivew il-ftehim il-kollettiv f’applikazzjoni mressqa quddiem it-Tribunal Industrijali bħala “diskriminazzjoni istituzzjonalizzata”. Madwar 40 impjegat li…

Lokali

Il-Kamra tal-Ispiżjara għaddejja b’kampanja fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja bl-għan li t-tfal min età ċkejkna jkunu mgħallma fuq il-bżonn li jixorbu l-ilma b’mod regolari, li jagħmlu eżerċizzju fiżiku, u li jagħżlu…

Lokali

Raġel waqa’ għoli ta’ sular fil-fabbrika fi Vjal Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-13:45pm. Ir-raġel ta’ 55 sena u residenti Birżebbuġa, kien qed jagħmel xi xogħol…

Aktar