Barranin
AĠĠORNAT: Għada n-negozjaturi jiltaqgħu biex jiddiskutu l-patt kummerċjali wara Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qed jaħdmu biex jilħqu ftehim dwar il-patt ta’ negozju wara Brexit.

Il-ħsieb kien li dan il-ftehim jintlaħaq matul il-ġurnata tal-lum, iżda iktar tard mal-jum ħareġ li n-negozjati jinsabu staġnati minħabba li hemm differenzi serji dwar diversi aspetti.

Qed jingħad li l-qasam tas-sajd, ir-regolamenti dwar sussidji lill-kumpaniji u negozji u anke l-mod kif ikunu vverifikat ftehim ta’ negozju bejn entitajiet miż-żewġ naħat qed joħolqu problemi kbar biex ikunu osservati r-regoli ta’ suq ġust u ħieles.

Għada ż-żewġ timijiet ta’ negozjaturi se jiltaqgħu fi Brussell biex jissokktaw id-diskussjonijiet.  Il-ftehim għandu jintlaħaq sal-31 ta’ Diċembru.